Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek

Matul il-kampanja elettorali f’ADPD użajna parti sostanzjali mir-riżorsi finanzjarji tagħna. Użajnihom tajjeb għax kif tafu kważi irduppjajna l-voti mill-aħħar elezzjoni.

Il-ħidma tagħna tkompli, ma waqfitx mal-kampanja elettorali. Issa bdejna l-ħidma politika biex kull vot ikun rispettat, biex kull vot jgħodd permezz tal-kawża kostituzzjonali li ftaħna l-bieraħ.

Għandna bżonn l-għajnuna, kull xorta ta’ għajnuna.

Għandna bżonn iktar voluntiera biex jgħinuna fil-ħidma tagħna ta’ kuljum. Għandna bżonn ukoll ta’ riżorsi finanzjarji għax dawk li kellna waslu fl-aħħar.

Min jixtieq jagħti donazzjoni jagħfas hawn u jsegwi.

Min jixtieq jinvolvi ruħu jikkuntattja lil xi wieħed jew waħda mill-uffiċjali tal-partit.

Il-ħidma tista’ tkompli bl-għajnuna tiegħek.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s