Mela wara ħafna spekulazzjoni b’dati differenti, fl-aħħar saffar is-suffara.
B’elezzjoni għas-26 ta’ Marzu jidher ċar li ġejja kampanja ta’ ħafna ħmieġ.
Din kienet leġislatura li bdiet bil-qtil ta’ Daphne u kompliet bi skandli kbar, wieħed wara l-ieħor.
L-ikbar theddida li jiffaċċja l-pajjiż illum hi ġejja minn politiċi li huma ħaġa waħda mal-kriminali. Politiċi li mhux biss jitgħawġu kanċ biex jgħinu lill-kriminalità organizzata imma li f’xi każi hemm ukoll is-suspett li huma sħab fin-negożju.
Bħal dejjem aħna ser inkunu preżenti fid-distretti kollha.