Grazzi lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa

Ilum f’Jum il-Milied waqt li bosta minna miġburin fl-irdoss ta’ djarna mal-familja, tajjeb li niftakru fil-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.

Dawn għaddejjin dejjem, f’kull ċirkustanza, jagħtu s-servizz tagħhom, bi tmissina, biex iħarsuna.

Fiċ-ċirkustanżi tal-lum, fost oħrajn, bil-pandemija fl-aqwa tagħha, anke llum għaddejjin bis-servizz biex il-vaċċin jilħaq lil kulħadd.

Kontinwament iduru b’dawk morda u jgħinu lill-bqija biex ma jimirdux, jew ta’l-inqas biex dan ikun evitat.

Grazzi.

Il-Milied it-Tajjeb

Illum, Jum il-Milied, hu Jum is-Solidarjetà. Fi ftit kliem hu żmien fejn infittxu iktar mis-soltu li nagħtu l-għajnuna lil min jeħtieġa.

Mhux biss lil ta’ madwarna, imma iktar lil hinn ukoll.

Dan hu is-sinifikat ta’ riflessjoni fuq il-ġrajjiet ta’ 2000 sena ilu meta Betlehem kienet full-up, ma kienx hemm post għal min kellu bżonn saqaf sigur fuq rasu.

Fost affarijiet oħra l-Milied it-Tajjeb ifisser li Malta mhiex bħal Betlehem ta’ 2000 sena ilu, mhiex full-up. Dejjem hemm spazju fejn ngħinu lil min jeħtieġ.

Awguri ghal Milied hieni u sena mimilja risq.