Il-kontabilità tan-negozji u l-korporazzjonijiet pubbliċi

Illum indirizzajt il-konferenza biennali tal-Malta Institute of Accountants bit-tema: A New Mindset: Reduce. Reuse. Report.

Fl-Unjoni Ewropeja bħalissa għaddejja diskussjoni dwar Direttiva biex kumpaniji diversi jkollhom l-obbligu li jissottomettu rapporti regolari dwarl-impatti tagħhom fuq is-soċjetà. Dawn ir-rapporti jikkonċernaw dak li jissejjaħ “non-financial reporting” u allura jittrattaw dwar impatti ambjentali, impatti soċjali kif ukoll l-attitudnijiet etiċi fil-kumpanija.

Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin. Hu tajjeb li anke aħna niddiskutu dan kollu u kif ser jeffettwa lilna u lill-kumpaniji li joperaw fil-pajjiż.

Emfasizzajt li hu importanti lil-pajjiż ma jfittix xi eżenzjoni minn din id-direttiva. Huwa importanti ukoll li l-korporazzjonijiet tal-Gvern ukoll ikunu kostretti li jippreżentaw dawn ir-rapporti.

Bħal dejjem hemm problema bl-SMEs (Small and Medium Sized Enterprises) li waħda waħda jqisu lil-impatt tagħhom hu żgħir imma li meta tgħoddhom flimkien jammonta għal impatt sostanzjali! Dawn ukoll jeħtieġ lijinstab mod kif jirrappurtaw dwarl-impatti tagħhom. Biex jagħmlu dan ikollhom bżonn l-għajnuna tal-Gvern, kemm għajnuna diretta lilhom kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet li jgħinuhom.

Ir-rappurtaġġ li ser teżiġi l-Unjoni Ewropeja hu applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trasparenza fuq in-negozju ul-industrija. It-trasparenza hi l-bażi li mingħajrha ma jistax ikollna kontabilità vera.

Għandna kull dritt li nkunu nafu x’inhu jiġri anke fil-kumpaniji u fil-korporazzjonijiet pubbliċi. Mhux il-politiċi biss għandhom jagħtu kont ta’ egħmilhom: anke l-kumpaniji u l-korporazzjonijiet pubbliċi!

Id-diskors kollu taqrah hawn.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s