Fl-intervista ippubblikata dalgħodu mis-Sunday Times mal-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli, huwa ġie rappurtat li bi tweġiba għal mistoqsija jekk jagħtix donazzjonijiet lill-partiti politiċi qal hekk:
“You can’t donate the amounts of money that people think we do. There are laws. But yes, we do help them. Out of respect. And we help both parties…”
Biex inkun żgur li l-affarijiet huma ċari ħriġt stqarrija li ADPD la qatt talab u l-anqas qatt ma irċieva donazzjonijiet mingħand Portelli u persuni bħalu. Donazzjonijiet ta’ din ix-xorta ma jiġux aċċettati skond il-politika kostanti tal-ADPD.
Nosserva ukoll, fi kliem Portelli fl-istess intervista, li proġetti massiċċi li qed jiżviluppa Portelli jew li ser jiżviluppa fil-futur għandhom il-barka taż-żewġ partiti li jirċievu d-donazzjonijiet mingħandu.
Il-PLPN jieklu minn idejn l-iżviluppaturi. Tista’ qatt tafdhom?