Il-bejgħ tal-passaporti

Il-Gvern Malti qed jinsisti li hu biss għandu dritt li jiddeċiedi dwar iċ-ċittadinanza. Kull pajjiż għandu dan id-dritt. Dritt li hu rinfurzat bil-prinċipju tas-sussidjarjetà fit-trattati Ewropej. Prinċipju li fi kliem sempliċi jfisser li l-Unjoni Ewropeja m’għandha l-ebda jedd tindaħal u/jew tiddetta f’dawk l-oqsma li huma kompetenza tal-istati membri.

Dan hu kollu minnu. Imma ma jirriflettix l-istorja kollha.

It-trattati tal-Unjoni Ewropeja ma’ jagħtuniex biss drittijiet. Hemm ukoll dmirijiet.

Wieħed minn dawn id-dmirijiet huwa dak magħruf bħala l-prinċipju ta’ lealtà li t-trattati Ewopeja (Treaty of the EU article 4.3) jirreferu għalih bħala obbligu ta’ kooperazzjoni (principle of sincere cooperation). Ma’ jagħmilx sens li kulħadd jimxi għal rasu, b’mod partikolari f’dawk l-oqsma fejn deċiżjoni fi stat tista’ toħloq drittijiet fi stati oħra fl-Unjoni Ewropeja.

Il-ħruġ ta’ passaporti billi dawn jinxtraw kif qed jagħmel il-Gvern Malti jmur kontra dan il-prinċipju ta’ lealtà. Nafu li l-passaport Malti jagħti dritt ta’ moviment, dritt ta’ residenza u dritt ta’ xogħol f’kull rokna tal-Unjoni Ewropeja. Hemm impatt konsiderevoli fuq l-istati l-oħra membri tal-Unjoni Ewropeja. Għalhekk hemm l-obbligu tal-lealtà u l-kooperazzjoni.

Għalhekk il-Gvern Malti miexi ħażin. M’għandux jedd li jbiegħ il-passaporti, jgħid x’jgħid.

Dan mhux qed ngħidu illum. Ilni ngħidu 7 snin.

Tista’ jekk trid tara dan l-artiklu fuq dan il-blog:

Subsidiarity and loyalty : 25 ta’ Jannar 2014

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s