Bernard Grech illum qal li mhux sejjer lura mid-deċiżjoni tal-Gvern ta’ Gonzi li jestendi ż-żoni tal-iżvilupp.
Xejn ġdid li ma konniex nafu! Il-PN u l-PL bl-istess politika ta’ ibni kemm tiflaħ. Sadanittant il-ħsara tibqa’ tikber.
Il-Partit Nazzjonalista ma jitgħallem qatt!
Il-pjani lokali jeħtieġu bidla mill-qiegħ u l-art ODZ li saret tajba għall-iżvilupp tmur lura bħala art ODZ mhux tajba għall-iżvilupp. Ma jeżisti l-ebda dritt li tiżviluppa bl-addoċċ kif iridu l-PN u l-PL
L-unika konsolazzjoni f’dan kollu hi li l-membri tal-Kabinett Nazzjonalista li jmiss jidher li għadhom ma twieldux!