Il-jott tal-Imħallef Giovanni Grixti

Diġa ntqal ħafna fuq il-jott tal-Imħallef Giovanni Grixti.

L-aħbar ixxokkjat lil ħafna.

Għaliex l-imħallef ma qal xejn? Għaliex l-imħallef ma poġġiex il-karti fuq il-mejda u astjena? Hu biss jista’ jagħti tweġiba dwar dan.

Min-naħa l-oħra, l-aħbar għax ħarġet tard? Ma setgħetx tħabbret fl-awla, f’wiċċ l-imħallef, biex irid jew ma jridx ikollu jwieġeb u jirreaġixxi?

L-avukati ta’ Yorgen Fenech qalu li l-fatt li snin ilu, meta l-Imħallef Grixti kien għadu Magistrat xtara l-jott mingħand missier l-akkużat ma jfissirx li hemm raġuni għal rikuża jew astensjoni, għax din bħala raġuni ma tissemmiex fost il-lista ta’ raġunijiet li minħabba fihom ġudikant għandu jastjeni jew inkella jista’ jkun rikużat.

Il-każ quddiem l-Imħallef Grixti dwar il-pleġġ għal Yorgen Fenech kien wieħed ta’ sensittività kbira. Kien essenzjali li jkun assigurat li l-ġustizzja mhux biss qed issir iżda tidher li qed issir. Għal waqtiet twal dan ma kienx ċar. Għal waqtiet twal kien hemm dubju kbir dwar x’kien ser jiġri. Il-jott tal-imħallef nissel ħafna dubji.

Id-deċiżjoni issa ittieħdet u mad-daqqa t’għajn (għalina li m’aħniex avukati) tidher tajba. Imma tibqa’ t-togħma morra: kien hemm waqtiet kbar ta’ dubju. Dubju li ma jagħmilx ġid la lill-ġustizzja u l-anqas lill-Qrati.

Hemm ħtieġa li jkunu investigati ċ-ċirkustanzi kollha li wasslu għal dak li ġara. Biex mhux biss jiġu ndirizzati d-dubji tal-lum imma fuq kollox biex jonqsu d-dubji għada.

Dak li ġara f’dawn l-aħħar siegħat ma żiedx il-fiduċja tal-Maltin fil-Qrati. Il-każ ma jistax jieqaf hawn. Il-mistoqsijiet li jeħtieġu tweġiba huma bosta. Huma ukoll inkrepattivi għax ġaladarba l-Imħallef s’issa baqa’ sieket għandu ikun obbligat jitkellem, u jitkellem ċar. L-imħallef jaf x’għamel u bla dubju hu konxju li l-mod kif ġieb ruħu mhux aċċettabbli.

Il-Prim Imħallef għandu l-obbligu li jara li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tistħarreg sew il-kaz u tieħu l-passi meħtieġa, mingħajr dewmien.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s