F’pajjiż demokratiku niddiskutu, anke l-abort

Illum Marlene Farrugia fil-Parlament tat-avviż ta’mozzjoni dwar abbozz ta’ liġi biex ikun dekriminalizzat l-abort. Jiġifieri biex l-ebda mara li tmiss mal-abort ma tispiċċa l-ħabs, għax hekk jgħid il-Kodiċi Kriminali illum.

Bla dubju dan li qed tipproponi Marlene hu pass kbir il-quddiem.

Li jkollna l-kuraġġ li niddiskutu dan kollu hu essenzjali. Ilna is-snin bħala pajjiż nevitaw id-diskussjoni. Il-pass ta’ Marlene illum fil-Parlament jagħti direzzjoni ġdida lid-diskussjoni.

Għad baqa’ ħafna xi jsir. Dan hu biss l-ewwel pass. Neċessarju li inneħħu l-biża’ li niddiskutu. Hekk biss nistgħu nimxu il-quddiem.

Li niddiskutu l-abort hu pass il-quddiem.

Sfortunatament għad hawn ħafna b’rashom fir-ramel li moħħhom biex ibeżżgħu bil-babaw.

L-abort f’Malta qiegħed isir.

Qiegħed isir fl-isptar Mater Dei f’każijiet fejn il-ħajja tal-omm tqila tkun fil-periklu. Matul il-ġimgħat li għaddew segwejna l-kontroversja dwar tqala ectopic u kif inqalgħet konfużjoni għax damu xi siegħat biex jamministraw il-mediċina meħtieġa biex iwaqqfu din it-tqala.

Hawn diversi li jieħdu pinnoli abortivi li jirċievu bil-posta. Hawn bosta oħra li jmorru l-Ingilterra, Sqallija jew f’xi pajjiz ieħor fil-kontinent Ewropew u jagħmlu abort.

Hu ikkalkulat li bejn 300 u 400 mara Maltija fis-sena tagħmel abort.

Dan kollu mhux qed ngħidu illum. Ilni żmien nemfasizza kemm hu meħtieġ li jkollna diskussjoni serja u matura dwar l-abort.

L-inizjattiva ta’ Marlene hi pass tajjeb f’din id-direzzjoni.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s