Lejn in-normalità

F’pajjiż demokratiku hu normali li l-istituzzjonijiet jaħdmu. Mhux dejjem jaħdmu tajjeb, imma jaħdmu u huma soġġetti għal regolaturi u kontrolli oħra biex meta jiżbaljaw ikunu kkoreġuti.

L-eċitament tal-Prim Ministru l-bieraħ biex jemfasizza l-prova li l-istituzzjonijiet “qed jaħdmu” huwa propja konferma li għad ma wasalniex! Ma hemmx bżonn konferenza stampa biex tkun imħabbra l-wasla tan-normalità. In-normalità hi dak li nistennew u li għandna dritt għalih bla daqq ta’ trombi.