Ħajja jew mewt?

Il-Malta Today online illum tatna storja dwar kumplikazzjonijiet fi tqala (ectopic pregnancy).

Minn x’ħin kienet ippubblikata l-istorja ħarġet kjarifika mill-Ministeru tas-Saħħa.

Jibqa’ l-fatt li d-dewmien fl-għoti tal-kura mhux ġustifikabbli. Tajjeb li m’hemmx burokrazija bla bżonn (ma hemmx Bord qalulna).

Imma l-messaġġ prinċipali tal-artiklu għadu hemm. Għaliex id-dewmien? Tieħu l-impressjoni li uħud jibżgħu jagħmlu dmirhom. Huwa dan li jeħtieġ li jkun indirizzat. Lil hinn minn kull preġudizzju.

Huwa dan li nkun nistenna għal binti, jekk ikollha ħtieġa. Huwa dan li hemm bżonn bla argumenti għal kull min ikollu l-ħtieġa.

Wisq nibża’ li qabel ma jkollna mewt riżultat tat-tkaxkir tas-saqajn xejn ma hu ser jiġri. Imbagħad, imma, jkun tard wisq, għax jinqaleb kollox ta’ taħt fuq!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s