Dal-għodu ġejt infurmat li f’Tal-Kanun, Iż-Żebbuġ Għawdex, għaddej xogħol ta’ tneħħija ta’ ħamrija. Biex dan qiegħed isir u seta’ jiddaħħal il-makkinarju fuq is-sit tqaċċtu ħafna siġar.
F’Għawdex u in partikolari fiż-Żebbuġ bosta jafu x’inhu għaddej.
Imma l-Awtorità tal-Ippjanar ma taf b’xejn, għax s’issa baqgħet ċassa. Għaliex dan, nistaqsi?
Jiena staqsejt dwar min għandu x’jaqsam mal-art u tawni l-isem ta’ tabib Għawdxi. Bħalma qalu lili bla ebda dubju jistgħu jkunu jaf ta’ Awtorità tal-Ippjanar ukoll bid-dettalji kollha.
Għalfejn ma jagħmlu xejn u bħala riżultat ta’ dan jipproteġu lil min qed jabbuża?
Il-lejla ktibt lis-Sur Martin Saliba CEO tal-Awtorità tal -Ippjanar u tlabtu jara li l-awtorità taġixxi bla iktar dewmien.