Aldo Cutajar: suċċessur ta’ Sai Mizzi f’Shanghai

Illum sar magħruf li Aldo Cutajar li kien Konslu Onorarju ta’ Malta f’Shanghai tressaq b’arrest il-Qorti, akkużat b’ħasil ta’ flus. Tressaq flimkien ma martu. Mhux prudenti li nikkummenta fuq dan sakemm jistemgħu l-provi.

Imma hemm affarijiet oħra gravi konnessi ma dan il-kaz u dan billi b’sentenza oħra tal-Qorti fl-2005 Aldo Cutajar kien soġġett għal interdizzjoni u tkeċċa mis-servizz pubbliku.

Min reġa’ daħħlu lura fis-servizz pubbliku bl-ingaġġ tiegħu fis-servizz diplomatiku bħala person of trust? Min japprova l-ingaġġ ta’ person of trust?

Ħu Aldo Cutajar, Mario Cutajar, li hu s-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-Kap taċ-Ċivil diġa qal li hu ma jaf b’xejn: ma ġie ikkonsultat minn ħadd, qal! Dikjarazzjoni li mhux la kemm titwemmen, għax hu impossibli li f’xi ħin ma kienx jaf b’dak li hu għaddej.

Jidher, minn dak li ntqal s’issa, li Aldo Cutajar kien impjegat f’position of trust mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.  Il-mistoqsijiet li jeħtieġ li jiġu mwieġba huma: meta daħal fil-korp diplomatiku? Min kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin li approva l-ħatra tiegħu: Carmelo Abela jew George Vella? Min ser jerfa’ r-responsabbiltà politika talli ġiet sfidata l-Qorti u ġie ngaġġat fil-korp diplomatiku persuna li ġiet interdetta?

Bla dubju Mario Cutajar għandu jerfa’ l-piz u jwarrab. Imma mhux waħdu. Għandu jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin li approva l-ħatra ta’ Aldo Cutajar fis-servizz diplomatiku bi sfida ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti.

Probabbilment li għal darba oħra kulħadd ifarfar.

Xi ħadd semma’ r-rule of law?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s