Robert Abela jxerred id-dmugħ tal-kukkudrilli

Fil-Press Conference tal-bieraħ il-Prim Ministru Robert Abela kien redikolu. Messu qal ħaġa waħda, imma ma qaliex.

Għalfejn ma talabx spjega immedjata lill-Kmandant tal-Forzi Armati hekk kif saret l-allegazzjoni li s-suldati fuq il-patrol boat P52 qatgħu l-cable tal-mutur tad-dgħajsa tal-immigranti?

L-allegazzjoni vera jew mhux vera? Robert Abela ma qal xejn dwar dan. Ma ċaħadx li l-allegazzjoni mhux vera! Għax jekk hi vera min qed jgħatti jeħtieġ li jerfa’ l-piż ta’ dak li ġara. B’Robert Abela b’kollox.

L-NGO Repubblika għamlet sewwa li tablet investigazzjoni. Investigazzjoni li messu ordna li issir Robert Abela. Imma ma għamel xejn.

Il-pandemija mhiex skuża biex nagħlqu għajnejna għall-abbuż. Filwaqt li s-suldati qed jagħtu servizz tajjeb u salvaw bosta ħajjiet, hu neċessarju li fejn hemm l-inqas dubju, dan id-dubju jkun investigat b’mod immedjata.

Għalhekk nappogga t-talba ta’ Repubblika biex issir investigazzjoni. Jekk hemm min abbuża, m’għandhiex tintefa ħtija fuq kulħadd, imma biss fuq min abbuża.

Flok ma jxerred id-dmugħ tal-kukkudrilli, kien ikun aħjar kieku Robert Abela għamel dmiru u fetaħ inkjesta hu. Naqas u għalhekk anke hu għandu jkun investigat.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s