Messaġġi differenti bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa

Bejn dak li ntqal fil-konferenza stampa ta’ Chris Fearne il-Ħamis waranofsinnhar u dak li ntqal fl-intervista l-Ġimgħa fil-għaxija minn Robert Abela hemm differenza. Din ma kienitx differenza żgħira u qed tħawwad lin-nies.

Chris Fearne, Ministru tas-Saħħa, qal, u fisser f’ċertu dettall, li madwar 118,000-il persuna kien jeħtieġilhom ma joħorġux mid-dar minħabba li huma vulnerabbli: jiġifieri hu iktar faċli għalihom li jimirdu. Min għax vulnerabbli minħabba l-età u min għax vulnerabbli minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu minħabba li hu soġġett għal mard kroniku.

Kien imfisser ċar ħafna minn Chris Fearne li biex il-protezzjoni tingħata sewwa kien meħtieġ li anke dawk li joqgħodu fl-istess dar jibqgħu ġewwa huma ukoll. Biex ikun ċar Fearne qal li l-uniku mod biex dan ikun evitat kien li dawk li joqgħodu fl-istess dar issibu x’imkien ieħor fejn joqgħodu b’mod immedjat. Dan biex ikun evitat li min hu dieħel u ħiereġ jeffettwhom ħażin bil-coronavirus. B’hekk tkompli tonqos il-possibiltà tat-tixrid tal-virus.

Issa, sfortunatament, il-Prim Ministru Robert Abela bidel id-diska.

Fl-intervista, waqt l-aħbarijiet tat-tmienja l-bieraħ fil-għaxija, Abela qal li min jaħdem u joqgħod ma persuni ta’ età ikbar minn 65 sena, jista’ jmur għax-xogħol. U li jistgħu joħorġu ukoll biex jixtru. Dan imur kontra dak li qal il-Ministru tas-Saħħa u joħloq il-periklu ta’ infezzjoni għal dawn vulnerabbli.

Id-direttivi, li ghandhom l-iskop illi jnaqqsu l-moviment tan-nies, dejjem ser joħolqu diffikulta. Jekk ser joqgħodu jħawdu n-nies b’messaġġi differenti d-diffikultajiet ser ikunu ħafna ikbar u s-siwi tad-direttivi jonqos drastikament. Ser nispiċċaw li dak kollu li ser jingħad minn issa ‘l quddiem ma hu ser jemmnu jew jagħti kaz tiegħu ħadd, bit-tama li l-għada xi ħadd jgħid xi ħaġa differenti.

Minkejja d-diffikultà li inevitabilment tinħoloq b’kull restrizzjoni li titħabbar, s’issa jidher li t-tixrid tal-virus kien xi ftit jew wisq taħt kontroll. B’din it-taħwida hemm il-periklu li l-affarijiet issa ma jibqgħux hekk.

Għalfejn qed iħawdu in-nies? Sar tant xogħol siewi, jarmuh issa?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s