Naġixxu b’responsabbiltà dwar il-coronavirus

Ftit wara nofs il-lejl, il-Prim Ministru, f’konferenza tal-aħbarijiet, ħabbar li bħala miżura ta’ prewkazzjoni kien ser iwaqqaf il-komunikazzjoni bl-ajru u bil-baħar bejn Malta u l-Italja. Dan ukoll, qal, wara l-miżuri li tħabbru tard il-bieraħ mill-Gvern Taljan biex inaqqsu u jikkontrollaw aħjar li l-coronavirus jinxtered iktar.

Il-Gvern, żied jgħid Dr Abela, ser jgħin lill-Maltin maqbudin l-Italja biex jiġu lura.

Il-mezzi tat-trasport bejn Malta u l-Italja, primarjament dawk bil-baħar, ser jintużaw biss għall-ikel, mediċini u provisti oħra.

Għalkemm huma passi iebsin, dawn huma passi tajbin li jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex iżomm il-virus milli jixtered. Forsi stajna aġixxejna qabel.

Irridu ukoll nevitaw li jinġabru kwantità ta’ nies f’post wieħed biex nevitaw li l-virus jinxtered.

F’dan il-mument kritiku huwa importanti li lkoll kemm aħna naġixxu b’responsabbiltà.