Wara inċident ieħor ta’ kollass ta’ bini li seħħ iktar kmieni illum bejn Santa Venera u l-Ħamrun, bħal kulħadd jiena mnikket għax uħud fl-industrija tal-kostruzzjoni jidher li ma jridux jitgħallmu li n-nies jiġu qabel il-profitti.
Ilna ngħidu li n-nies għandhom ikunu mħarsa. Ilkoll naqblu suppost. Imma l-incidenti donnhom ma jridux jieqfu.
F’dan il-mument ta’ dieqa ħsiebna mal-familja ta’ Miriam Pace li hi maqbuda taħt it-terrapien.
Mhux prudenti li ngħid iktar f’dan il-mument.