Ħarsu sewwa lejn ir-ritratt.
Dan meħud il-Magħtab. Hu ritratt ta’ parti mill-miżbla illum, għall-ħabta tas-2pm.
Jidher l-iskart: boroz ta’ kull kulur. Jiġifieri fil-miżbla l-iskart qed jitħallat? Il-gaffa tordom u tgħatti kollox.
Osservaw il-gawwi jdur fuq l-iskart. Il-gawwi jaf li hemm l-ikel. Mhux il-plastik jew il-karti, imma l-iskart organiku.
Mela l-iskart organiku mhux jinġabar separatament?
Il-Wasteserve taf x’inhi tagħmel?
L-intiena li rega sar ikun hemm kienet ilha ma tkun hekk zmien. Riha ta meta kienet litteralment mizbla.
L-iskart qieghed jithallat iva. Jien ili navza kemm lill-kunsill tan-Naxxar u kemm lil Wasteserve li min jigbor L-iskart qed jitfa kollox flimkien mingħajr separazzjoni.
Fuq it-TV ukoll kien hemm rapprezentanta ta Wasteserve lli qalet li l-organic mhux qed jintuza kif suppost ghax mhux qed ikun separat bizzejjed. Mhux ta b’xejn ha jiehdu aktar art agrikola il-Wasteserv!
L’iskart tal-business mhux separat….