Il-Magħtab: l-iskart qed jitħallat ?

Ħarsu sewwa lejn ir-ritratt.

Dan meħud il-Magħtab. Hu ritratt ta’ parti mill-miżbla illum, għall-ħabta tas-2pm.

Jidher l-iskart: boroz ta’ kull kulur. Jiġifieri fil-miżbla l-iskart qed jitħallat? Il-gaffa tordom u tgħatti kollox.

Osservaw il-gawwi jdur fuq l-iskart. Il-gawwi jaf li hemm l-ikel. Mhux il-plastik jew il-karti, imma l-iskart organiku.

Mela l-iskart organiku mhux jinġabar separatament?

Il-Wasteserve taf x’inhi tagħmel?