Sandro jistenbah ! About time.

 

Fis-Sunday Times Sandro Chetcuti tal-MDA emfasizza l-ħtieġa ta’ bidla fis-sistema politika, għax, qal, iddejqu bil-krib tak-politiċi (tal-PN u l-PL) għad-donazzjonijiet. Membri Parlamentari full-time qal, u finanzjament tal-partiti mill-istat!

About time ukoll Sandro.

Alternattiva Demokratika ilha snin li pproponiet li l-Membri Parlamentari jkunu full-time. Il-membri parlamentari kollha mingħajr eċezzjoni.

Anke dwar il-finanzjament pubbliku tal-partiti politiċi: Alternattiva Demokratika hi l-unika partit politiku konsistenti. Għax kemm il-PN kif ukoll il-PL jaqblu ma dan biss meta jkunu fl-Opposizzjoni għax meta jkunu fil-Gvern dejjem jibdlu l-ħsieb u jitkellmu bil-maqlub, kontra.

Aħna ukoll l-uniku partit politilku li qatt ma ġrejna wara Sandro u sħabu għad-donazzjonijiet.

About time ukoll li ddejqu!