L-avukat tal-Awtorità tal-Ippjanar m’għandux kredibilità dwar l-ambjent

Wara li qatta’ snin jiddefendi kull xorta ta’ ħniezrijiet imwettqa mill-Awtorità tal-Ippjanar, il-Prim Ministru Robert Abela hu l-inqas persuna li jista’ jitwemmen meta jitkellem favur l-ambjent. Bir-rieda tajba kollha li jista’ jkollu, dan hu qasam li fih m’għandux kredibità.

Xi ħaġa ġdida li għamel din il-ġimgħa, qal Robert Abela f’Bormla illum, hu l-mod kif qassam il-Ministeri. Fost id-diversi affarijiet “ġodda” li għamel, qal, l-ambjent u l-ippjanar ser ikunu fl-istess Ministeru, biex jissaħħaħ l-ambjent.

Tajjeb li jiftakar li sal-2016 l-ambjent u l-ippjanar kienu flimkien fl-istess Awtorità sakemm il-Gvern tal-predeċessur tiegħu firidhom. Anke dakinnhar kienu qalu li dan kien qed isir biex jissaħħaħ l-ambjent.

L-ambjent mhux ser ikun iktar il-ħaruf tas-sagrifiċċju tal-iżvilupp, kif fl-istess waqt imma l-iżvilupp mhux ser ikun iktar il-ħaruf tas-sagrifiċċju tal-ambjent qal Robert Abela. Għax Abela jrid irid jara bilanċ billi skontu l-iżvilupp jrid isir u jista’ jsir mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent.

Minn meta l-hawn kellna l-żvilupp bħala l-ħaruf tas-sagrifiċċju tal-ambjent? Robert Abela li għal snin twal, sa ġimgħa ilu, kien l-avukat tal-Awtorità tal-Ippjanar, bla dubju jaf li qed iħarref! Mhux biss. Imma kien hu stess, direttament kif ukoll permezz tal-uffiċċju legali tiegħu li iddefenda l-ħniżrijiet kollha li wettqet l-Awtorità tal-Ippjanar tul dawn l-aħħar snin! U ma kienx hemm każ wieħed jew tnejn, iżda bosta.

Ilna nisimgħu dawn il-ħrejjef bla sens minn min moħħu biss biex idawwar lira. Mingħand min moħħu biex jaġevola lill-industrija tal-kostruzzjoni. Għax din toħloq ix-xogħol, jgħidu, u in-nies kull ma trid hu l-flus fil-but.

Xejn ġdid dan Robert. Miexi fuq il-passi ta’ dawk li ġew qablek: Joseph Muscat u Lawrence Gonzi. Għax anke dawn tkellmu fuq bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp, u nisslu l-ħerba kullimkien. Iffaċilitaw l-iżvilupp bla rażan li r-riżultat tiegħu naraw madwarna.

L-iżvilupp sostenibbli hu ferm iktar minn hekk. Jirrikjedi impenn ferm ikbar fl-oqsma kollha. Impenn li s’issa ma jidhirx.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s