B’power station ġdida, l-Gvern ta’ Joseph xorta m’għandux elettriku minkejja l-infieq u l-korruzzjoni.
Għaliex? Għax Gvern korrott u inkompetenti.
Qalulna li l-piż tal-elettriku kien kollu fuq l-interconnector, li, meta ġratlu l-ħsara (qalu bl-ankra ta’ vapur) kien qed jintuża għall-massimu possibli. Għax, qalu, li bl-interconnector l-elettriku jiġi orħos. Orħos, jiġifieri, milli jkollna elettriku ġġenerat bil-gass li hemm maħżun fit-tanker fil-Port ta’ Marsaxlokk.
Għaliex dan?
Għaliex l-elettriku ġġenerat bil-gass hu għola minkejja li l-prezz tal-gass nieżel l-isfel? Għar-raġuni sempliċi li l-klikka ta’ Joseph/Konrad/Keith/Yorgen għamlu ftehim mas-SOCAR tal-Azerbajġan għall-gass bi prezz għoli iffissat fuq tul ta’ żmien, b’mod li illum hu ħafna għola mill-prezz tas-suq.
Mhux bil-fors il-prezz tal-elettriku jkun għola bil-gass milli bl-interconnector?
Dan hu l-prezz tal-korruzzjoni.