Il-kwantità ta’ nies li kien hemm jiċċelebraw ma Joseph Muscat fin-Naxxar, Ħaż-Żebbuġ u r-Raħal Ġdid illum, juru li għad hawn bosta li għadhom ma fehmux il-gravità tas-sitwazzjoni li fiha jinsab il-pajjiż illum. Bosta minnhom, jekk tistaqsihom, bla ebda dubju jgħidulek li Joseph ma missux irreżenja. Miskin. Jaħassra. X’għamel?
Joseph irreżenja, però għadu hemm, għalissa.
Irreżenja biex jerfa’ r-responsabbiltà politika għas-sitwazzjoni kurrenti li żviluppata mill-investgazzjonijiet fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Qed jirreżenja ukoll minħabba ta’ madwaru li ma kellux il-kuraġġ li jkeċċihom, meta żbaljaw bil-kbir kif jidher mid-dokumentazzjoni kollha konnessa mal-Panama Papers.
Bil-mod kif qed jitkellem Joseph Muscat fil-lokalitajiet fejn qed imur qed iwassal messaġġ ħażin. Qed jgħid li ma għamel xejn ħażin. (Matul il-gimgħa kien qalilna li qed jerfa’ fuq spallejh dak li għamel ħaddiehor.)
Fil-fatt l-affarijiet huma kompletament bil-maqlub: tant mexa ħażin li l-imġieba tiegħu kontinwament qed twassal il-messaġġ li xejn m’hu xejn. Għal Joseph u għal dawk li iddemostraw illum, huma l-ġurnalisti li żbaljaw meta jirrappurtaw u jikkummentaw dwar il-ħmieġ. Għax Joseph ma għamel xejn ħażin.
Kieku Joseph Muscat ħa passi meta kellu jeħodhom, u keċċa lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi, hekk kif ħarġu l-istejjer, probabbilment li s-sitwazzjoni illum hi ferm differenti.
Tal-mistħija.
Ċertament Joseph u l-Partit Laburista m’għandhomx x’jiċċelebraw. Kien ikun iktar addattat kieku mar jinħeba.
U maghhom iccelbraw u sahansitra ghanquh Chris Fearne u Robert Abela.