Wara l-laqgħa tal-Kabinett tal-Ħamis fil-għaxija, li baqgħet għaddejja sa sbieħ il-Gimgħa, żewġ Ministri tkellmu dwar dak li kien għaddej.
Il-Ministri kienu imnixxfa jisimgħu lill-Avukat Ġenerali u lill-Kummissarju tal-Pulizija jispjegaw dak li kien għaddej. “We were shocked” qalu lill-gazzetti.
Il-Ministri ma setgħux jifhmu kif u għaliex Keith Schembri nħeles mill-arrest, u dan wara li semgħu rapport dettaljat. Il-Ministri talbu iktar spjegazzjonijiet. Imma mir-rabja kbira li tidher fir-rapporti ma jidhirx li kienu sodisfatti mill-ispjegazzjonijiet li nagħtaw.
Imbagħad jiġi Owen Bonnici jgħid li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu!