Keith Schembri: mhux waħdu

Nhar it-Tnejn, Keith Schembri rtira kawża ta’ libell kontra Simon Busuttil. Kawża li infetħet għax Simon Busuttil qal li Keith Schembri hu korrott.

Il-konsegwenza loġika u ovvja issa hi li Keith Schembri mhux jiddejjaq li hu jkun deskritt li hu korrott. Naħseb li ma hemm l-ebda mod ieħor kif tħares lejn il-materja. Iddur kemm iddur b’argumenti legali, din hi l-unika konklużjoni li tagħmel sens. Miskin, beża’ li jinkrimina ruħu.

Din min naħa l-oħra twassal għal konsiderazzjoni waħda bażika: il-Prim Ministru Joseph Muscat ma għamel xejn wara dan kollu. Allura ifisser li anke Joseph Muscat mhux jiddejjaq li ċ-Chief of Staff tal-uffiċċju tiegħu ma baqax jinsisti għas-sodisfazzjon mingħand min iddeskrivieh li hu korrott.

F’kull pajjiż iċċivilizzat Keith Schembri kien jitneħħa immedjatament mill-karigi pubbliċi kollha li jokkupa. Ovvjament dan mhux ser iseħħ. Għax Keith Schembri mhux waħdu.

Il-Partit Laburista baqa’ sieket: ħasra għax naf ħafna Laburisti li xejn ma jaqblu ma dan.

Min ma jiġġilidx kontra l-korruzzjoni hu korrott huwa ukoll. Dan qatt ma kien ċar daqs illum.

Anke l-Partit Laburista irid jerfa’ l-piz li ser ikollu jġorr minħabba s-skiet tiegħu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s