Wara d-deċiżjoni tal-Qala: għalfejn stenbħu issa?

Alfred Sant qal li c-Chairman tal-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp għandha tirreżenja. Sewwa qal u naqbel miegħu. Inżid ngħid li jmissha ilha li warrbet jew twarrbet.

Jason Micallef u Cyrus Engerer qalulna li kull min ivvota favur l-applikazzjoni tal-Qala għandu jirreżenja! Sewwa qalu: imma għax ma semmewx lil Clayton Bartolo b’ismu: il-Membru Parlamentari tal-Labour fil-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li ivvota favur u li kontinwament jipprova jistaħba wara subgħajh biex jiġġustifika l-vot tiegħu favur? Ghal Clayton mhux l-ewwel darba li qiegħed taħt il-lenti!

X’inhu jiġri biex issa dawn ukoll qed jitkellmu favur riżenja ta’ min ikun ħa sehem f’deċiżjoni stupida? In-nies hemm barra ilhom jgħiduha din, għal diversi membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar!

Il-ħniżrijijet li nħabbtu wiċċna magħhom fl-Awtorità tal-Ippjanar huma bosta iktar u ikbar mill-kaz tal-Qala. Imma dwar dawn ftit ikun hemm min jiftaħ ħalqu.

Marthese Portelli qalet li ma tridx ikollha x’taqsam iktar mal-Awtorità tal-Ippjanar, issa!

Joseph Muscat, dalgħodu qal li d-deċiżjoni hi waħda insensittivà! X’tippretendi jekk għandna Bord li għala biebu mis-sensittività ambjentali? Dawn huma l-konsegwenzi, għax bħal dejjem, li tiżra’ taħsad!

Il-problema għandha egħruq fil-fond u uħud minnhom iwasslu sar-raba’ sular. Id-dmugħ tal-kukkudrilli issa ftit li xejn ser isolvi.

Din id-deċiżjoni hi l-konsegwenza loġika ta’ snin tal-inkompetenza grassa. L-ewwel kellna lill-bidilli ta’ George Pullicino u issa għandna lil dawn! L-unika differenza hi fl-ismijiet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s