Għar id-Dud u l-ERA

Il-Malta Today, il-bieraħ, f’artiklu intitolat MIDI seeks coastal protection for tower block after cave collapse tkellmet dwar għar fil-ponta ta’ Tigne li sfronda s-saqaf tiegħu u li per konsegwenza ta’ dan inkixfu l-pedamenti tal-blokk Q2 wieħed minn ta’ l-aħħar li nbnew fil-peninżola ta’ Tigne bħala parti mill-proġett tal-MIDI.

L-iżviluppaturi qed jgħidu li dan seħħ bħala riżultat ta’ proċessi naturali – jiġifieri l-impatt tal-mewġ f’żona li hi esposta għall-elementi. Imma l-Awtorità għall Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qed tgħid li anke jekk in-natura effettwat, hemm ukoll impatt riżultanti mill-iżvilupp.

Polemika li irridu naraw kif ser tiżviluppa.

Imma sadanittant ikun għaqli li l-ERA tara sewwa x’inhu jiġri f’għerien oħra fl-inħawi.
Infakkar li b’inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, 12-il sena ilu, kien tħejja rapport ġejoloġiku li kif inhu xieraq jiffoka ukoll dwar il-ħarsien tal-kosta ta’ Tas-Sliema.

Għaddew tnax il-sena u t-twissijiet li fih ir-rapport għadhom validi. Anzi, pjuttost huma ta’ natura iktar urġenti milli kienu 12-il sena ilu, għax, probabbilment li sadanittant ma sar xejn jew kważi xejn.

Fost l-osservazzjonijiet fir-rapport (f’paġna 15) hemm din :
“The faulted coast along Għar id-Dud is retreating rapidly by dislodgement of boulders along joints and faults. Public structures that may be affected include Tower Road promenade. The Għar id-Dud cave may also partially or totally collapse, leading to the caving-in of the overlying pedestrian promenade. If collapse is sudden and during daytime/early night time, injury and loss of lives may result.”

Meta ser nagħtu kas? Meta jisfronda l-għar?

Jekk iweġġgħu jew imutu n-nies min ser jerfa’ r-responsabbiltà? Inutli nwaħħlu fin-natura!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s