F’kummenti lill-istampa dwar informazzjoni ppubblikata l-bieraħ fis-Sunday Times li tagħti dettalji dwar l-investigazzjoni li qed jagħmlu l-Pulizija Joseph Muscat qal li hu ma jikkummentax. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-uniċi nies li jibbenefikaw mill-informazzjoni ppubblikata huma dawk taħt suspett, qal Joseph.
Naqbel miegħu mija fil-mija.
Issa s-Sunday Times il-bieraħ qalet li l-informazzjoni ġiet għandha minn sorsi viċin ħafna tal-investigazzjoni.
Nistgħu allura nikkonkludu li min kixef l-informazzjoni jrid jgħin lil dawk li huma taħt suspett?