It-tattoos ta’ Joseph bir-Russu?

Dan l-aħħar fuq il-media elettronika kellna storja dwar it-tattoo ta’ Joseph Muscat. Filwaqt li mhux ċar x’fiha eżatt din it-tattoo, sirna nafu li hemm iktar minnhom li s’issa ma jidhrux!

Storja li tqanqal xi ftit kurżità. Għal uħud kienet ukoll okkazjoni għal siegħa mogħdija taż-żmien, b’argumenti dwar fejn jistgħu jkunu dawn it-tattoos.

Bla dubju aħbar li tnissel tbissima meta tqis li Joseph Muscat mhux l-uniku membru tal-Kabinett li hu dilettant tat-tattoo!

L-aħbarijiet mill-Qorti illum huma ta’ tħassib kbir. Iwasslu għal ħafna mistoqsijiet dwar x’logħob għaddej fl-ibħra Maltin u barra minnhom.

Uħud mill-gazzetti online irrappurtaw dak li ntqal fil-Qorti mill-avukati ta’ Darren Debono dwar pressjoni mill-Ambaxxata Amerikana biex issir magħrufa informazzjoni dwar il-vapuri Russi li ma tħallewx jidħlu Malta biex jieħdu l-fjul.

X’ġara? Ingħataw il-fjuwil xorta barra mill-ibħra territorjali, riedu jkunu jafu mill-Ambaxxata Amerikana?

Min jaf x’ġara?

Forsi iktar faċli nkunu nafu fejnhom it-tattoos ta’ Joseph! Forsi bir-Russu ukoll, għalhekk ma setax jaqrahom Chris Peregin!

Advertisements