When will the Lands’ Authority act?

The Planning Authority’s Policy, Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Space was approved in June 2016. This policy document regulates the placing of tables and chairs on the part of catering outlets in public open spaces. The foreword to the policy document considered that the provision of such areas was a “value-adding asset for catering establishments”.

The process leading to the adoption of this document was considered as one of simplification of the administrative process, providing a one-stop-shop and various public entities were involved in its formulation. However, the only entities of any relevance to the matter, Local Councils, were absent. This absence is very evident in the document produced as this is certainly business-friendly, but nowhere does it consider the interests of residents.

There is a proviso in the policy document that, when considering whether to permit outdoor catering areas in a public open space, passageways should not be obstructed. Nor must access to third party properties or public services be in any way obstructed when approving these outdoor catering areas.

Reading through the document, one notes that “Outdoor Catering Areas shall not normally be permitted on pedestrian public footpaths, which are either adjacent to arterial roads or located in close proximity to fast-moving traffic.”

Notwithstanding all this, try walking along the pavement in The Strand from Gżira to Sliema and then onto Tigne Seafront. It would be a very difficult walk because business has taken over and transformed a public asset into a private asset. Navigating through the small amount of unoccupied space left available is a nightmare for pedestrians and it is even worse for residents living in the residential units above the ground floor occupied by catering establishments.

This is the result of a policy that puts business interests before the interests of residents: accessible and safe infrastructure for people do not feature in the policies of either the Government or the public authorities.

Recently, and at last, the Lands Authority has taken the right step in refusing an application submitted by the owners of a Hotel on The Strand, Gżira, to encroach on a number of parking spaces in order to provide an al-fresco extension to the Hotel. When the hotel’s owners contested the Lands Authority’s decision, they were, at last, faced with some common-sense in the decision delivered by the Appeals Tribunal which  emphasised that the policy regarding outdoor catering areas prohibited any platforms adjacent to arterial roads or in close proximity to fast-moving traffic. Patrons had to be safeguarded from traffic, noise and air pollution.

Accidents do actually happen. Around nine months ago, in July 2018, a 25-year old Dutchman, who was walking along the St Julian’s promenade, was hit by an over-speeding car driven by a 20-year-old who was reported as being well over the drink-drive limit. The Dutchman died in hospital and others were injured. Street furniture was damaged.

Notwithstanding the above, we still await action on the part of the Lands Authority to clear pavements and parking spaces in various areas of outdoor catering facilities that have, in the past, been permitted close to fast-moving traffic. If the Lands Authority takes much longer to act it will have to shoulder responsibility for the consequences of an over-speeding car ploughing through a row of al fresco diners.

It is never too late to learn from past mistakes and all this could have been avoided if Local Councils been consulted.

When will the Lands Authority act?

published in The Malta Independent on Sunday – 7 April 2019

Aħdar ir-risposta

(diskors li għamilt illum is-Sibt 6 t’April 2019 f’egħluq Laqgħa Ġenerali Straordinarja li approvat il-kandidati u l-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika għall-elezzjonijiet ta’ Mejju 2019)

Il-Manifest Elettorali li għadna kif iddiskutejna u approvajna huwa mibni fuq erba’ argumenti: l-ugwaljanza, l-ekoloġija, is-saħħa u d-demokrazija. Hija r-rabta kontinwa li nfittxu bejn il-politika ambjentali u l-politika soċjali.

Kif ngħidu fil-Manifest li għadna kif approvajna, “Biex tkompli tinbena Ewropa b’saħħitha li tiddefendi liċ-ċittadin hemm bżonn li tissaħħaħ id-demokrazija. Id-demokrazija trid titħaddem dejjem iżjed fl-istituzzjonijiet kollha, b’mod li d-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu mhux biss ikunu trasparenti imma fuq kollox jittieħdu minn persuni eletti u politikament kontabbli. Iċ-ċittadini għandu jkunilhom possibli li jinvolvu ruħhom direttament f’dan il-proċess demokratiku.

Għal dan l-iskop, anke l-lobbying għandu jkun trasparenti, b’regoli ċari li japplikaw għal kulħadd. (hu ta’ sodisfazzjoni li illum qrajna fil-gazzetti li l-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika beda jaħdem dwar l-ewwel regoli dwar il-lobbying)

Għax mhux aċċettabbli f’soċjetà Demokratika li ma jkunx magħruf min qed jipprova jinfluwenza d-deċiżjonijiet, kif u għaliex.

Dan ma’ jgħoddx biss fl-Unjoni Ewropeja imma fuq kollox għandu jgħodd f’kull wieħed mill-istati membri.

Ir-rapporti ippubblikati dwar Malta mill-Kunsill tal-Ewropa, mill-Kummissjoni Venezja u il-GRECO (il-kumitat kontra l-korruzzjoni) lilna ma ssorpreduniex. Fihom ħafna affarijiet li mhux biss Alternattiva Demokratika ilha żmien titkellem dwarhom imma dwarhom ukoll għamilna proposti konkreti matul is-snin, inkluż fil-Manifesti Elettorali differenti.

Il-Gvern qed jipprova jiddefendi ruħu li l-kritika qed issir dwar liġijiet li saru żmien ilu li l-gvern tal-lum wiret mingħand il-gverijiet ta’qabel. Filwaqt li f’numru ta’ kazijiet dan hu minnu jibqa’ l-fatt li l-Gvern preżenti sabha komda li jibqa’ għaddej fuq dak li sab, għax hu komdu ħafna li meta tiġi dahrek mal-ħajt twaħħal f’ dawk li ġew qablek.

Ħu per eżempju l-poteri li għandu l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Intern li jawtorizza l-intercettazzjoni tat-telekomunikazzjoni (tapping). Ma kellniex bżonn li l-GRECO jiġbdulna l-attenzjoni għaliha din. Ilna ngħiduha, kif għamilna anke fil-Manifest Elettorali tal-2017 ta’ AD. Kif jista’jkun li jibqa’ jkun il-politku li jiddeċiedi jekk jingħatax permess jew le biex isir it-tapping? Kif ser jiddeċiedi l-politiku meta jkun iffaċċjat b’talba biex ikunu investigati dawk ta’ madwaru? Dan mhux konflitt ta’ interess kbir? Hu għalhekk li ilna ngħidu li l-awtorità li jsir it-tapping għandha tingħata lill-ġudikatura li bla dubju tfittex li toqgħod attenta illi fil-ġlieda kontra l-kriminalità mhux biss titwarrab il-politika partiġjana u l-protezzjoni tal-ħbieb tal-politiku imma fuq kollox tassigura li jkun imħarsa d-drittijiet fundamentali.
Għidna ferm iktar minn hekk. Fl-2017 fil-Manifest Elettorali tkellimna ukoll fuq l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) fejn insistejna li m’għandiex tkompli tkun imexxija mill-AG (Avukat Ġenerali) u li r-rapporti tagħha m’għandhomx imorru għand il-Pulizija imma direttament għand il-Magistrat tal-Għassa. Irid ikun assigurat li r-rapporti tal-FIAU meta jaslu għand il-Pulizija ma jispiċċawx fil-bir tas-skieken imma li dawn ikunu investigati sewwa u li jittieħdu passi kull fejn jirriżulta meħtieġ.

Il-Kummissjoni Venezja u l-GRECO qalulna li istituzzjonijiet f’Malta għandna ħafna imma li dawn huwa dgħajfa. Qalu tajjeb, imma l-opinjoni pubblika f’Malta ilha konxja minn dan. Imma dan ġie injorat mill-Gvern immexxi mill-Partit Laburista. Il-PN min-naħa l-oħra, kellu jkun fl-Opposizzjoni biex jirrealizza dwar id-djgħufija tal-istituzzjonjijiet. Uħud minnhom ħoloqhom hu stess, iddiżinjati dgħajfa apposta, u dwar oħrajn sakemm inqeda għalaq għajnejh.

Huwa f’dan il-kuntest li ilna naħdmu għal dawn is-snin kollha.
Il-ħidma tagħna f’din il-kampanja elettorali b’differenza is-soltu mhiex limitat inkella iffukatan kważi esklussivament fuq il-Parlament Ewropew. Għall-ewwel darba qed niffaċċjaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kollha fl-istess jum.

Ser nippreżentaw tal-inqas 9 kandidati, l-parti l-kbira minnhom żgħażagħ li qed jikkontestaw għall-ewwel darba fuq il-Mellieħa (Luke Caruana), Marsaskala (Daniel Desira), B’Kara (Anna Azzopardi), Naxxar (James Gabarretta), u Ħaż-Żebbuġ (Samwel Muscat). Għandna ukoll Irlandiż li jgħix Malta (Donal Kelly) li offra s-servizz tiegħu bħala kandidat fuq ix-Xgħajra u l-attivist ambjentali fil-Gżira (Jamie Mercieca). Ma dawn ngħodd ukoll lill-veteran tagħna fil-Kunsill Lokali ta’ H’Attard Ralph Cassar, li issa ilu jiġi elett għal snin twal – madwar għoxrin sena.

Grazzi lilkom ilkoll li qed toffru s-servizz tagħkom.

Ma dawn kollha, bħala partit iddeċidejna li għandi nikkontesta jiena ukoll fil-lokalità ta’ San Ġiljan. Għażilna din il-lokalità għax bħala partit irridu nagħtu kontribut dirett lir-residenti f’San Ġiljan li qed jiffaċċjaw problemi kbar. San Ġiljan hu fost dawk il-lokalitajiet li huma l-iktar milquta mill-iżvilupp bla rażan li bħalissa qed iħarbat il-ħajja ta’ kuljum ta’ bosta mill-Maltin.

Fiċ-ċentru tal-ħidma politika tagħna bħalissa hemm il-ħarsien tal-ambjent urban. Tul dawn il-ġimgħat dorna diversi lokalitajiet nitkellmu dwar il-kundizzjonijiet tat-toroq, dwar il-politika tat-trasport intenzjonata biex tkompli iżżid il-karozzi fit-toroq, dwar in-nuqqas ta’ aċċessibilità kif ukoll dwar it-teħid tal-ispazji pubbliċi, inkluż il-bankini, min-negozji għad-detriment tar-residenti.

F’diversi lokalitajiet, primarjament mal-kosta r-residenti ġew ridotti għal priġuniera f’darhom għax il-bankini okkupati minn imwejjed u siġġijiet li qed joħlqu diffikultajiet kbar kemm għall-aċċess tar-residenti għal djarhom kif ukoll għal servizzi bażiċi bħall-ġbir tal-iskart.

It-traskuraġni amministrattiva tul is-snin irrediet lokalità bħall-B’Kara bħala lokalità perikoluża kull meta jkollna maltempata. B’Kara għadha tiffaċċja l-għargħar kull meta jkun hawn ħalba xita, qawwija u mhux. Il-Gvernijiet repetutament fittxew li jindirizzaw l-effett u ftit li xejn saret ħidma dwar il-kawża ta’ dan kollu. Parti mhux żgħira mill-bini ta’ dan l-aħħar ħamisn sena fiħ nuqqas ta’ bjar (jew bjar ta’ qisien żgħar) bil-konsegwenza li f’kull ħalba xita miljuni ta’ litri ta’ ilma tax-xita jispiċċa fit-toroq ta’ B’Kara flok fil-bjar li suppost inbnew. Dan mhux biss hu ħtija ta’ nuqqas ta’ bjar f’B’Kara imma ukoll fil-lokalitajiet fil-madwar. F’dan is-sens B’Kara hi l-vittma ta’ amministrazzjoni pubblika inkompetenti li tul is-snin injorat ir-responsabbiltà li tara illi kull binja hi mgħammra b’bir ta’ daqs adegwat.

Hemm il-ħtieġa li nenfasizzaw iktar fuq il-ħtieġa li tkun implimentata mingħajr iktar dewmien l-istrateġija nazzjonali dwar it-trasport li teżiġi li jonqsu l-karozzi mit-toroq tagħna, primarjament għax m’għandniex bżonn din il-kwantità ta’ karozzi. Għandna bżonn investiment ikbar fit-trasport pubbliku, inkluż transport pubbliku reġjonali u lokali għax dan iservi biex inaqqas l-użu ta’ karozzi privati fit-toroq tagħna għal distanzi qosra. Irridu nirrealizzaw li 50% tal-vjaġġi li jsiru bil-karozzi privati fit-toroq Maltin isiru għal distanzi qosra li jdumu inqas minn 15-il minuta.

Fuq kollox hemm bżonn ta’ investiment ikbar fl-infrastruttura lokali, iffukata fuq il-ħtieġa li niffaċilitaw dejjem iktar l-aċċessibilità għal in jagħżel li jimxi inkella li jsuq ir-rota.

Il-kwalità tal-ambjent urban jirrifletti l-kwalità tal-ħajja tagħna. Jeffettwa l-arja tant essenzjali biex ngħixu. Jeffettwa l-ispazji pubbliċi tant essenzjali biex bħala l-pulmun tal-lokalitajiet tagħna jagħtuna in-nifs u l-ispazju fejn ngħixu.

Il-karozzi ħadulna t-toroq. In-negożji ħadulna l-bankini. Irriduhom lura. Dawn huma essenzjali għall-ħajja urbana. Huma l-ispazji pubbliċi bażiċi li flimkien mal-pjazez tagħna jimmarkaw lill-komunitajiet tagħna.

Neħtieġu toroq u bankini li jkunu aċċessibli għal kulħadd. Il-Kunsilli Lokali, għandhom ikunu fuq quddiem biex iħeġġu lill-gvern sabiex mis-€700 miljun li qed jipproġetta bħala nefqa biex jirranġa t-toroq, jitbiddlu ukoll il-bankini. Ħafna minnhom saru biex jaġevolaw il-karozzi fil-garaxxijiet bil-konsegwenza li diversi bankini spiċċaw tlajja u nżul kontinwi b’detriment għal min huwa vulnerabbli. Bl-istess mod, il-Kunsilli Lokali għandhom jaraw li l-bankini ikunu ħielsa minn ostakli li ħafna drabi iġiegħlu lir-residenti, partikolarment dawk l-iktar vulnerabbli jimxu fin-nofs tat-triq.

Għal kunsilliera f’isem Alternattiva Demokratika, din hija kwistjoni prijoritarja ta′ aċċessibilità għar-residenti kollha.

Irridu nsellmu lill-dawk il-kunsilliera kollha li tul is-snin ħarġu għonqhom b’konvinzjoni kbira biex inħarsu l-wirt storiku u l-wirt ekoliġiku ta’pajjiżna. Mhux xogħol faċli. Ħidma li f’Alternattiva Demokratika nagħmluha bla waqfien. Uħud mill-proġetti l-kbar li huma fuq l-aġenda tal-pajjiż għax-xhur u s-snin li ġejjin huma ta’ ħsara kbira. M’għandix f’moħħi biss il-mina bejn Malta u Għawdex li barra li mhiex meħtieġa ser tagħmel ħsara mhux biss lill-Għawdex fit-totalità tiegħu imma ukoll lill-agrikultura madwar in-Nadur f’ Ta’ Kenuna kif ukoll lill-Wied tal-Pwales u z-zona tal-Għerien fil-limiti tal-Mellieħa. Iktar kmieni din il-ġimgħa ippreżentajna oġġezzjini għall-bini tat-torri tat-Toyota f’Ħaż-Żebbuġ li qed ifittex li joħloq mostru ta’ 14-il sular, 11 minnhom il-fuq mit-triq f’zona li ser ikollha impatti kbar fuq ir-residenti ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Aħna qegħdin hawn biex inservu. Ilkoll.

Qed noffru mill-ġdid is-servizz tagħna fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsilli Lokali. Hi ħidma li ser tkun imsejsa fuq il-valuri bażiċi li fuqhom hi mibnija l-ħidma ħadra: l-għarfien ekoloġiku, il-ġustizzja soċjali, id-demokrazija parteċipattiva, n-non-vjolenza, s-sostenibilità u r-rispett lejn id-diversità.

Qegħdin nippreżentaw Manifest li jiftaħ il-bibien u t-twieqi għal żiffa li tnaddaf, għal diskussjoni li tfittex risposti għall-mistoqsijiet u teżamina s-soluzzjonijiet possibli. Irridu b’mod kontinwu nisfidaw l-istatus quo u f’dan il-proċess inneħħu l-għanqbut li hemm f’diversi irkejjen mhux biss f’Malta imma ukoll fi Brussell.

Il-politika ħadra tfisser li ma tibża’ tiddiskuti xejn.

Jekk inti tfittex u tistaqsi kif il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll tista′ tkun aħjar, kif għandha tonqos u eventwalment tkun eliminata l-emarġinazzjoni, kif tissaħħaħ id-demokrazija, m’għandekx wisq minn fejn tagħżel.

Pajjiżna ma jistax jibqa’ b’rasu fir-ramel: għalhekk l-aħdar hu r-risposta għall-mistoqsijiet tiegħek.

Alternattiva Demokratika hi l-unika garanzija li leħen kulħadd jinstema’ .

 

Il-Manifest Elettorali issibu hawn

Ir-rapport GRECO dwar Malta u l-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni

Ġie ippubblikat ir-rapport GRECO intitolat FIFTH EVALUATION ROUND Preventing corruption and promoting integrity in central governments (top executive functions) and law enforcement agencies. Malta.

Hemm diġa numru ta’ rapporti fil-gazzetti online dwar dan ir-rapport.

Għalissa ser nillimita ruħi għal kumment wieħed.

Ir-rapport GRECO fil-paragrafu 108 tiegħu jitkellem dwar is-servizzi tas-sigurtà u li dawn biex jinterċettaw it-telekomunikazzjonijiet kullma jeħtieġu hu awtorità mingħand il-Prim Ministru jew il-Ministru tal-Intern. Ir-rapport jiddeskrivi il-kontrolli minimi li hemm fil-liġijiet Maltin dwar dik li prattikament hi awtorità kważi assoluta tal-politiċi li jagħtu permess biex ikun possibli li issir interċettazzjoni (tapping) tat-telekomunikazzjoni mingħajr l-ebda kontroll tal-awtoritajiet gudizzjarji.

Il-ġlieda kontra l-kriminalità, jgħidilna r-rapport GRECO trid tirrispetta d-drittijiet fundamentali. Il-kliem preċiż użat huwa dan :
“Malta needs to provide for a proper system of checks and balance, as well as a balance between the needs of an effective fight against corruption (and other forms of serious crime) and the preservation of fundamental rights. The recommendation from the first evaluation remains largely pertinent and it is to be reiterated. GRECO recommends that i) legislation be issued giving criminal investigation bodies the authority to seek and use special investigative techniques (such as wiretaps and other similar measures) in the investigation of corruption offences, empowering the judicial authority to authorise their use, and making the evidence obtained thereby admissible in court, while respecting the case law of the European Court of Human Rights and that ii) it be made clear to all authorities involved in the investigation of corruption that the evidence lawfully obtained by such means is admissible evidence in court.”

Alternattiva Demokratika tapprezza l-fatt li r-rapport GRECO qed tiffoka fuq dan in-nuqqas kbir fil-liġijiet Maltin li jagħti poteri żejda lill-politiċi liema poteri jistgħu jintużaw ħażin.

Però huwa xieraq li nfakkar li din il-preċiża proposta Alternattiva Demokratika diġa għamlitha fil-Manifest Elettorali tal-elezzjoni tal-2017 fejn għidna hekk: “L-istituzzjonijiet kollha jingħataw iktar riżorsi biex ikun possibbli li jissaħħu u dan biex il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u favur il-governanza tajba tkun waħda totali. Bħala riżultat ta’ hekk ikunu jistgħu jrabbu s-snien biex ikunu jistgħu jieqfu lil Gvern li jitħajjar jaqbad it-triq tal-korruzzjoni u li ġeneralment irabbi l-għeruq u jixxettel billi l-ewwel u qabel kollox idgħajjef l-istituzzjonijiet.
Hemm bżonn ukoll li l-ħidma tal-istituzzjonijiet tkun taħt l-iskrutinju tal-maġistratura u dan biex ikun iktar possibbli illi l-kompliċità bejn il-politiku u l-istituzzjonijiet kompromessi tinqabad mill-ewwel.
Eżempji ta’ x’jista’ jsir f’dan ir-rigward huma r-rapporti tal-FIAU li preżentement jgħaddu għand il-Kummissarju tal-Pulizija u preżentment huwa hu li jiddeċiedi jekk jipproċedix b’investigazzjoni jew le. Ikun iktar għaqli li r-rapporti tal-FIAU jgħaddu għand il-Maġistrat tal-Għassa.
L-istess għandu jingħad għas-setgħa li għandu l-Ministru tal-Intern li jawtorizza
l-interċezzjoni tat-telekomunikazzjonijiet. Dan m’għandux jibqa’ jsir minn politiku, iżda għandu jibda jsir taħt l-awtorità tal-Qorti.” (Alternattiva Demokratika: Vot Alternattiv Vot Nadif. Manifest Elettorali 2017)

Sven Giegold u l-Partit Nazzjonalista

Sven Giegold ilu jsegwi dak li qiegħed jiġri f’Malta. Tkellem diversi drabi fuq materji differenti. Fuq il-ħasil tal-flus, fuq il-korruzzjoni, u fuq l-evażjoni tat-taxxa. Bla dubju ifforma l-opinjoni tiegħu primarjament minn dak li hu magħruf pubblikament. Imma ukoll minn dak li sema’ kemm waqt iż-żjarat ta’ delegazzjonijiet tal-Parlament tal-EU f’Malta kif ukoll minn dak li jisma’ membri parlamentari Maltin fil-Parlament Ewropew jgħidu.

Waqt li jiena m’għandi l-ebda ħsieb li nikkundanna lil ħadd, irrid iżda nirrimarka li dak li ngħidu barra minn xtutna fuq pajjiżna, anke meta jkun veru, jista’ jagħmel ħafna ħsara. Kien ikun faċli għalija u għal sħabi f’Alternattiva Demokratika li nippreżentaw mozzjonijiet dwar il-qagħda politika f’Malta fil-laqghat internazzjonali li nattendu. Għażilna li dan ma nagħmluħx biex ma nagħmlux ħsara iktar milli diġa qed issir mill-Gvern Malti nnifsu.

Lill-Gvern Malti ikkritikajnieh diversi drabi. Ma qbilniex miegħu u tkellimna dwar dan pubblikament elf darba. Tkellimna dwar il-korruzzjoni, dwar il-ħasil tal-flus, dwar l-iskandlu tal-Panama u li l-Prim Ministru Joseph Muscat żbalja meta ma ħax passi drastiċi kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri. Għidna diversi drabi li Muscat kellu jerfa’ ir-responsabbilta politika għall-fatt li naqas li jaġixxi. U għamilna sewwa li tkellimna b’dan il-mod.

Ma għandna għalfejn ninfurmaw lil ħadd fi Brussell dwar dak li qiegħed jiġri f’Malta għax kulħadd għandu għajnejħ f’wiċċu. Ġieli f’laqgħat internazzjonali jistaqsuna dwar dak li jkun għaddej u niddiskutu l-fatti mingħajr esaġerazzjonijiet.

Dak li ġara f’Malta f’dawn l-aħħar xhur u snin hu magħruf minn kulħadd. Sempliċi search fuq l-internet u jkollok l-istorja kollha.

Huwa f’dan il-kuntest li l-presentazzjoni tal-mozzjoni ta’ Sven Giegold kienet il-pass loġiku għal min iħares lejn Malta minn barra. Għalija u għal Alternattiva Demokratika hu pass żejjed li kien ikun aħjar li ma sarx. Imma għal min tefa’ l-ħatab fin-nar ma jistax issa jgħid li ma kkontribwixxiex anke ftit għal din is-sitwazzjoni.

Għaldaqstant, il-kundanna ta’ Sven Giegold mill-PN hi ftit ipokrita. Ikun aħjar jekk jeżaminaw ftit il-kuxjenza tagħhom u jaraw x’kontribut taw biex sviluppat din is-sitwazzjoni.

Il-politka dwar it-trasport: aġenda moħbija?

Il-Gvern kontinwament jibgħat sinjali kontra xulxin fuq kulma għandu x’jaqsam mal-politika dwar it-trasport. Sinjali li jvarjaw skond min ikun qiegħed jisma’. Lura f’Settembru 2017 Joseph Muscat kien iddikjara li kienet il-politika tal-Gvern immexxi minnu li f’data fil-viċin kien ser jieħu passi biex fil-pajjiż ma jibqgħux jiġu impurtati karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diżil. Price Waterhouse Cooper jidher li ġew imqabbda biex iħejju rapport dettaljat dwar dan.

Minn dan is-sinjal ċar tistenna li toħroġ konklużjoni loġika. Għax jekk ser jibda l-proċess biex fit-toroq tagħna ma jkollniex iktar karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diżil, xi bżonn għandna tal-pompi tal-petrol u d-diżil iktar milli diġa għandna? Il-logika twasslek biex tikkonkludi li ta’ l-inqas ikollna waqfien immedjat u allura ma joħorġux permessi iktar għal pompi ġodda.

Minflok dan, iżda, ġara eżattament bil-maqlub. F’daqqa waħda kellna attività bla preċedent b’numru ta’ applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol u d-diżil iktar minn qatt qabel. L-applikanti, bla ebda dubju huma konxji minn dak li qal il-Gvern dwar fejn irid jasal. Għalfejn jissograw investiment kapitali sostanzjali biex jiżviluppaw pompa li għaliha ma jkun hemm l-ebda użu hekk kif il-miri tal-Gvern jintlaħqu?

Il-Pjan Nazzjonali għat-Trasport 2025 kien imfassal għall-amministrazzjoni preżenti mill-konsorzju Italo-Spanjol Ineco-Systematica u ġie ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Regjonali. Dan il-pjan jenfasizza li l-politika dwar it-trasport f’Malta u l-ippjanar konness magħha ma tħarisx fit-tul. Biex ikun ċar daqs il-kristall il-pjan jgħid hekk: “In-nuqqas ta’ importanza li ngħata lill-ippjanar fit-tul ifisser li ma hemmx pjan integrat ibbażat fuq analiżi b’miri ċari. Dan wassal f’nuqqas ta’ direzzjoni strateġika kif ukoll fin-nuqqas ta’ kapaċità li jkunu indirizzati materji diffiċli bħal dik dwar il-kontroll tal-użu ta’ karozzi privati.”

Biex jassigura ruħu li dan il-messaġġ jasal, il-Pjan Nazzjonali dwar it-Trasport jemfasizza li “Hemm resistenza qawwija għall-bidla fis-soċjetà Maltija. Dan jikkuntrasta b’mod qawwi mal-ħtieġa li tinħass fil-komunità biex ikunu indirizzati l-problemi tat-traffiku, kemm dawk tal-lum kif ukoll dawk ta’ għada. Dan iwassal biex is-sewwieq Malti jippretendi li ħaddieħor jibdel l-attitudnijiet tiegħu ħalli hu jew hi tkun tista’ tibqa’ ssuq il-karozza.”

Il-Pjan Nazzjonali tat-Trasport imbagħad jidħol fid-dettall fuq il-miri operattivi dwar it-trasport fuq l-art, bl-ewwel mira tkun biex tkun ipprovduta alternattiva għall-karozzi privati ħalli b’hekk tkun inkoraġġita l-mobilità sostenibbli u allura tonqos id-domanda għall-karozzi privati fiz-zona madwar il-port li hi soġġett għal konġestjoni sostanzjali.

Għalfejn il-Pjan Nazzjonali jidentifika dan l-oġġettiv speċifiku? Dan qed isir biex ma jkun hemm l-ebda ambigwità. Il-Pjan Nazzjonali innifsu jispjega dan kollu b’mod mill-iktar ċar, iswed fuq l-abjad. “Dan l-oġġettiv ġie żviluppat minħabba li l-informazzjoni miġbura turi li madwar ħamsin fil-mija tal-vjaġġi jdumu inqas minn kwarta, li jindika li l-mobilità hi waħda lokali u fuq distanzi qosra. Dan joħloq il-possibilità li tiġi inkoraġġuta żieda fil-mixi u l-użu tar-rota.”

L-affarijiet ma jistgħux ikunu ċari iktar minn hekk. Id-distanzi qosra biex naslu pratikkament kullimkien hi element bażiku li fuqha u madwarha għandha tinbena l-politika tat-trasport f’Malta. Jekk dan ninjorawh nibqgħu nagħmlu l-ħsara lilna infusna.

Jekk verament irridu innaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq tagħna, is-soluzzjoni hi waħda ċara: għandna nindirizzaw il-kawża ta’ dan kollu u nnaqqsu l-użu tal-karozzi privati għax għad-distanzi zgħar li għandna f’pajjiżna, fir-realtà, ftit li xejn għandna bżonnhom.

Imma flok ma jaħdem biex inaqqas il-karozzi mit-toroq, il-Gvern għaddej bi programm biex jinkoraġixxi l-oppost: twessiegħ ta’ toroq, flyovers u eżerċizzju sfrenat biex it-toroq tiżdiedilhom il-kapaċità li jifilħu iktar u iktar karozzi.

Għalfejn? X’inhi l-aġenda moħbija?

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 31 ta’ Marzu 2019