Min ipproteġa lid-Direttur Ġenerali tas-Sajd bejn 2013 u illum?

Dal-għodu tħabbar li d-Direttur Ġenerali tas-Sajd Dr.Andreina Fenech Farrugia kienet sospiża b’effett immedjat. Dan wara li n-newsletter elettroniku Spanjol El Confidencial ippubblika transcript ta’ diskursata telefonika bejn id-Direttur Ġenerali tas-Sajd Maltija u negozjant ewlieni tat-tonn Spanjol. It-telfonata kienet dwar ħlas mitlub f’kuntest ta’ skandlu dwar tonn illegali b’valur ta’ madwar €25 miljun.

Il-Ministru Josè Herrera għamel sewwa mhux biss li aġixxa, imma ukoll li aġixxa mill-ewwel.

Imma l-kobba jidher li hi mħabbla għax Dr. Fenech Farrugia kienet diġa tneħħiet fi żmien meta kien Ministru tas-Sajd George Pullicino fl-2011, meta kien qed iberraq fil-Ministeru tas-Sajd.

Imma immedjatament wara l-elezzjonijiet tal-2013, fi żmien sentejn, Fenech Farrugia inġiebet lura mill-Gvern il-ġdid.

Shift News illum tirreferi għal xniegħat li l-Partit Laburista kien midjun lejn l-industrija tat-tonn li appoġġatu finanzjarjament fil-kampanja elettorali tal-2013 u dwar il-possibilita li kienet l-industrija tat-tonn li insistiet għar-ritorn ta’ Dr Adreina Fenech Farrugia.

Il-kobba hi mħabbla sewwa u xi ħadd għandu l-obbligu li jispjega. Hemm mistoqsija li teħtieġ tweġiba ċara: min kien qed jipproteġi lil Dr Andreina Fenech Farrugia sakemm il-forzi tal-ordni Spanjoli semgħu t-telefonata? Għaliex?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s