Central Link Project u l-Istudji Ambjentali

Sirna nafu li l-istudji dwar l-impatti ambjentali tal-proġett tat-toroq magħruf bħala Central Link Project lesti.

S’issa, dawn l-istudji għadhom mhumiex pubbliċi, u, fil-fatt, fil-mument li qiegħed nikteb ma hemm l-ebda informazzjoni fuq dawn l-studji fuq is-sit elettroniku tal-ERA, l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi.

Imma, minn dak li ntqal s’issa minn uffiċjali f’isem Infrastruttura Malta l-problema b’dawn l-istudji ser tkun mhux daqstant dwar dak li jgħidu imma dwar dak li jħallu barra. Imma dwar dan inkun nista’ nitkellem aħjar meta r-rapporti jkunu ppubblikati għall-konsultazzjoni pubblika, kif hemm l-obbligu li jsir bil-liġi. Il-konsultazzjoni pubblika normalment tkun twila sitt ġimgħat imma tista’ tkun itwal ukoll.

Alternattiva Demokratika diġa tkellmet ċar dwar dan il-proġett inutli li ser ikompli jżid il-karozzi u (l-ħsara ambjentali) fit-toroq tagħna.

Il-posizzjoni ta’ Alternattiva Demokratika hi ċara daqs il-kristall: il-proġett imur dijametrikament kontra l-pjan nazzjonali tat-Trasport li fassal u approva l-Gvern: pjan li jrid inaqqas il-karozzi mit-toroq.

Kif ikollna ċans naraw l-istudji, hekk kif dawn ikunu pubblikati, nkunu nistgħu nitkellmu aħjar.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s