Trasport pubbliku jġorr 53.4 miljun passiġġier fl-2018

Aħbar tajba fil-gazzetti tal-lum hi ż-żieda ta’ 11.3% fl-użu tat-trasport pubbliku.

Fl-2017 użaw it-trasport pubbliku 48 miljun passiġġier. Dan in-numru fl-2018 tela’ għal 53.4 miljuni.

Dan huwa sinjal tajjeb. Huwa ukoll sinifikanti li l-pubbliku qed jerġa’ jrabbi fiduċja fit-trasport pubbliku. Hemm bżonn li din il-fiduċja tkompli tikber għax hu essenzjali li iktar nies tagħmel użu mit-traport pubbliku biex ikun hemm inqas ħtieġa ta’ karozzi privati fit-toroq.

Hemm bżonn li flok ikunu investiti iktar miljuni ta’ ewro f’toroq ġodda inkella fit-twessiegħ ta’ toroq eżistenti, dawn il-miljuni ikunu investiti fit-trasport pubbliku, u dan b’żieda mal-investiment qawwi li diġa sar.

Issa bdew iżidu ukoll il-frekwenzi fejn meħtieġ.

Għandu jkun rikonoxxut li diġa sar ħafna investiment fit-trasport pubbliku, prinċipalment f’sussidji sostanzjali li kienu meħtiega: sussidji li issa bdew jagħtu riżultat tajjeb. Nistennew iktar riżultati minn dawn, riżultati li jiġu jekk il-pajjiż jippjana u jaħdem bil-għaqal.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s