Ktibt lill-Ombudsman dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

 

Għadni kif, madwar siegħa ilu tajt ittra lill-Ombudsman biex jiftaħ investigazzjoni dwar il-mina bejn Malta u Għawdex.

Il-bieraħ il-Ministru Ian Borg ħabbar li fi żmien sitt xhur oħra ser joħroġ it-tender dwar il-mina taħt qiegħ il-baħar bejn Malta u Għawdex. Dan għamlu minkejja li l-istudju dwar l-impatti ambjentali (EIA) li dwaru s’issa ġiet konkluża biss il-konsultazzjoni pubblika dwar it-Terms of Reference għadu bil-kemm beda.

Apparti li dan hu l-ikbar diżrispett lejn l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi da parti tal-amministrazzjoni pubblika tal-pajjiż, din id-dikjarazzjoni tal-Onorevoli Ministru hi ukoll indikazzjoni ċara ta’ nuqqas ta’ governanza tajba u twassal il-messaġġ ċar li l-proċess ta’ studju tal-impatti ambjentali hu meqjus bħala wieħed irrelevanti u li qed isir għalxejn għax id-deċiżjonijiet lesti irrispettivament minn dak li jista’ jirriżulta mill-istudji.

Fil-dawl ta’ dan għan-nom ta’ Alternattiva Demokratika jiena dal-għodu tlabt lill-Ombudsman biex jinvestiga u jieħu dawk il-passi li jidhirlu meħtieġa.

Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. Kif nippretendu lin-nies jagħtu kaz u jsegwu il-liġi, jekk il-Ministru b’imġiebtu jiġi jaqa’ u jqum?

L-istupru tas-Saqqajja

Nitkellmu dwar it-Telgħa tas-Saqqajja. Imma jidher li s-Saqqajja għan-niżla!

L-applikazzjoni ta’ żvilupp biex żewġt idjar qodma fuq is-Saqqajja r-Rabat ikunu mibdula f’lukanda żgħira (boutique hotel) hu attentat ieħor biex ikun sfrakassat il-wirt storiku tal-pajjiż. Il-fillera sħiħa ta’ djar fuq is-Saqqajja flok ma jitħallew jinqerdu minn dak li wħud isejħulu żvilupp għandhom jingħataw protezzjoni fit-totalità tagħhom. Kif ippropona l-Professur Mario Buhagiar dawn id-djar fuq is- Saqqajja , tal-inqas, jistħoqilhom protezzjoni fi Grade 2, jiġifieri li l-faċċata tagħhom ma tkunx tista’ tintmiss. Possibilment jistħoqilhom iktar minn hekk ukoll: li jkunu mħarsa b’mod komplet fi Grad 1.  

 L-applikazzjoni għal żvilupp bin-numru 9516/18 tipproponi li d-djar 14 u 15 fuq Is-Saqqajja Rabat (b’faċċata ukoll fuq Vjal Santu Wistin) jinbidlu f’lukanda fi klassi 3B . Minn eżami tal-pjanti sottomessi jidher ċar li l-proposta tinkludi ż-żieda ta’ żewġ sulari fuq il-binja eżistenti kif ukoll il-mutilazzjoni tal-partijiet interni ta’ dawn iż-żewġt idjar biex ikunu jistgħu jkunu mibdula f’lukanda żgħira.

Bħal bosta oħrajn jiena ukoll ippreżentajt oġġezzjoni għal dan l-aħħar attakk fuq il-wirt tagħna lkoll. Ir-raġunijiet għal dan huma diversi.

L-ikbar raġuni hi li l-iżvilupp propost jistona fil-kuntest li hu propost li jsir.  Ser jeqred darba għal dejjem l-omoġenejità u l-armonija tal-faċċati tal-bini kemm fuq is-Saqqajja kif ukoll fuq Vjal Santu Wistin. Fuq Vjal Santu Wistin  l-iżviluppatur irid iħarbat parti kbira mill-ġnien li jagħti karattru uniku u hu parti integrali mill-binja. Hi l-binja kollha, kif inhi, bil-ġnien kollu  li teħtieġ li tkun protetta.

Il-Pjan Lokali, li jqis liż-żona bħala waħda ta’ konservazzjoni urbana jillimita l-iżvilupp fiż-żona għal żewġ sulari. Il-proposta ta’ żvilupp tinjora din il-limitazzjoni kompletament. Huwa għaldaqstant ovvju li jekk din l-applikazzjoni tibqa’ għaddejja u tkun approvata ser twassal għall-qerda tal-filliera sħiħa tad-djar  fuq is-Saqqajja għax li jgħodd għal wieħed jgħodd għal kulħadd. Imbagħad  tkun ġiet stuprata ż-żona kollha.

Iżjed ‘l-isfel, fit-Telgħa tas-Saqqajja, fejn sa ftit ilu kien hemm it-Tattingers Club u xi propjetajiet oħra, il-ħerba tkompli.  Dan is-sit ukoll għandu mdendla miegħu proposta ta’ żvilupp: lukanda massiċċa ta’ 110 kmamar mifruxa fuq 5600 metru kwadru. Mhumiex l-uniċi applikazzjonijiet fl-inħawi għax hemm oħrajn. Iżda huma l-iktar li jagħtu fil-għajn. 

Jidher li waslet id-daqqa tar-Rabat li jrid jiffaċċja l-forza tal-qerda li tpoġġi l-flus qabel il-wirt komuni tagħna lkoll.

Il-mod kif ġiebet ruħha l-Awtorità tal-Ippjanar fil-passat ma tantx hu ta’ awgurju tajjeb li din b’xi mod kapaċi tieqaf lill-forzi tal-qerda. Permezz tad-deċiżjonijiet tagħha sal-lum, l-Awtorità tal-Ippjanar bagħatet messaġġ ċar li, fil-fehma tagħha, l-impatt ekonomiku tal-industrija tal-kostruzzjoni jixirqilha ferm iktar attenzjoni minn kwlaunkwe ħaġa oħra.  B’ġustizzja ngħid li hemm xi żewġ membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li jispikkaw minħabba li b’differenza minn sħabhom jiddefendu regolarment kemm il-wirt storiku kif ukoll dak naturali. Imma dawn qegħdin f’minoranza assoluta, avolja xi kultant ġieli jappoġġawhom uħud mill-bqija.

Imma x’tistenna minn Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li l-membri tiegħu ma jħossuhomx skomdi madwar l-istess mejda ma’ agent tal-propjetà biex jgħaddu ġudizzju dwar liema applikazzjonijiet ta’ żvilupp jixirqilhom ikunu approvati u liema le?  

M’għandi l-ebda idea dwar x’deċiżjoni ser ikollna, imma fid-dawl ta’ kif ġiebet ruħha sal-lum l-Awtorità tal-Ippjanar xejn ma niskanta jekk tagħti l-approvazzjoni tagħha biex il-qerda tibda tiela’ t-Telgħa tas-Saqqajja. 

Ippubblikat fuq Illum : 9 ta’ Diċembru 2018

Is-switch ta’ Adrian Delia

L-editorjal tas-Sunday Times ta’ Malta tal-lum jitkellem dwar kif Adrian Delia, il-mexxej tal-lum tal-PN, qiegħed taħt investigazzjoni.

Jgħidilna l-editorjal, li l-FIAU, tmien xhur ilu, kkonkludiet rapport dwar il-klijenti ta’ Soho ta’ Adrian Delia l-avukat. Għax minn dak li ntqal madwar sena u nofs ilu minn DCG konna sirna nafu dwar il-klijenti kkuluriti li kellu Dottor Adrian Delia.

Il-Pulizija, jidher, dejjem skond is-Sunday Times, li fetħu investigazzjoni immedjatament hekk kif irċevew dan ir-rapport, għax xi ħaġa hekk il-Pulizija Maltija jidħlulha bir-ras. Kif jagħmlu dejjem, il-Pulizija Maltija mill-ewwel tinvestiga, ma tantx tagħti ċans.

Dwar din l-investigazzjoni jidher li hemm skiet sħiħ fil-PN.

Probabbilment li, kif qal Delia innifsu, fil-PN mill-ewwel fehmu li dak li għamel Adrian Delia meta ma kienx għadu tħajjar għall-ħajja fil-politika m’għandu x’jaqsam xejn ma kif għandna nezaminaw l-imġieba tiegħu illum, bħala Kap tal-Opposizzjoni. Għax dak li jirrikjedu klijenti bbażti f’Soho huwa ferm differenti minn dak li jeħtieġ il-Partit Nazzjonalista llum.

Għax ftit jafu li hekk kif Adrian Delia l-avukat sar Kap tal-Opposizzjoni intefa’ s-switch tal-imġieba tiegħu preċedenti!

Dawn huma l-valuri li l-PN tal-lum b’konvinzjoni kbira jħaddan.

The mutilation of Saqqajja

The planning application to convert two old town-houses at Saqqajja, Rabat into a boutique hotel is another attempt to mutilate our historical heritage. The whole row of town houses at Saqqajja, rather than being placed on the chopping board of so-called development should be protected in their totality. As proposed by Professor Mario Buhagiar, these Saqqajja town houses, as a minimum, deserve a Grade 2 protection, that is to say their elevation must be preserved in its entirety. Their protection should possibly be even more extensive: total protection at Grade 1.

Planning application 9516/18 proposes to change the use of residences at 14 and 15 Is-Saqqajja Rabat (with back elevations onto Vjal Santu Wistin) into a Class 3B hotel. Through an examination of the proposed drawings, it is clear that the proposal includes the addition of two new floors as well as an internal mutilation of the properties to render them usable as a boutique hotel.

I have joined countless others in submitting an objection to this latest assault on our historical heritage. The reasons for objecting are numerous.

The most obvious reason for objecting is that the proposed development is out of tune with its surroundings. It will ruin the homogenous eloquence of both the Saqqajja elevation as well as that of Vjal Santu Wistin on which elevation the developer is proposing to gobble up an extensive part of the existing garden that contributes to a unique setting which needs the maximum protection possible.

The Local Plan, defining the area as an Urban Conservation Area, limits any proposed development in the area to two floors. This limitation is blatantly disregarded by the proposal for this boutique hotel. If this application is not stopped in its tracks, it is inevitable that it will eventually lead to the complete mutilation of the whole row of Saqqajja town-houses, because what’s good for the goose is naturally good for the gander.

Further down the hill, on the site currently occupied by Tattingers Club and a number of adjoining properties, the mutilation exercise continues. This site has another development proposal for a massive 110-room hotel spread over an area of around 5600 square metres. There are other planning applications in the vicinity but the above two are the most conspicuous. It seems that the mutilation brigade has shifted their attention towards Rabat and its surroundings.

The past performance of the Planning Authority is not very reassuring as it does not seem capable of withstanding the pressures of the development lobby. The Planning Authority has, as a result of its past decisions, sent a clear message that it considers the economic activity of the building industry more worthy of its attention and protection than anything else. In all fairness, there are a couple of members on the Planning Authority Board who stand out because they continuously defend the national heritage and the natural environment. But they are unfortunately a very small minority even when, occasionally, they are supported by others.

What else do you expect from a Planning Authority Board whose members are not uncomfortable when they sit with an estate agent in judgement as to which applications for a development permit are approved or refused?

I have no idea what the decision will be, but, based on past performance it is not beyond the Planning Authority Board to give its approval to the massacre brigade marching up Saqqajja Hill.

published on The Malta Independent on Sunday : 9 December 2018

Fil-festa tal-Milied: l-ipokrezija madwarna

Għal uħud il-ġranet tal-Milied huma festa ta’ rigali u divertiment. Bonanza ta’ kummerċ.

Imma forsi hemm min hu konxju li l-Milied li nikkommemoraw ukoll bil-presepju hu ukoll okkazjoni ta’ reflessjoni dwar l-għar ta’ Betlehem: dwar kif u għaliex bnedmin iwarrbu u jistmerru lill-oħrajn.

Il-Milied hu ukoll il-festa tar-refuġjati u tal-immigranti madwarna maħrubin minn pajjiżhom għal elf raġuni: persekuzzjoni, faqar, tiftix ta’ ħajja aħjar.

Il-presepju hu xbieha ta’ familja li m’għandiex saqaf fuq rasha u sabitu fi stalla qalb l-annimali. L-istatwi fil-presepju huma riflessjoni ta’ din ir-realtà li għadha magħna u tibqa’ minkejja kull progress li niftaħru bih.

F’dawn il-ġranet tal-Milied aħna u nosservaw il-biżibilju presepji fil-gżejjer Maltin ikun tajjeb jekk nirriflettu ftit kif naħsbuha fuq ir-refuġjati u l-immigranti fostna.

Il-Milied it-tajjeb.

Is-sussidjarjetà fil-Kostituzzjoni

 

Nhar il-Ġimgħa delegazzjoni ta’ Alternattiva Demokratika iltaqgħet ma’ Silvio Parnis, Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, biex miegħu niddiskutu l-White Paper ippubblikata mill-Gvern dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali.

Waqt id-diskussjoni għaddejna lil Silvio Parnis l-ideat tagħna dwar din il-White Paper. Għamilna tmien proposti b’dik ewlenija tiffoka dwar il-ħtieġa li jkun aċċettat u implimentat il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jeħtieġ li jifforma parti mill-kostituzzjoni biex iservi ta’ linja gwida għall-amminstrazzjoni pubblika tal-pajjiż u allura jħares b’qawwa l-ħidma tal-Gvern Lokali u Reġjonali.

It-trattati Ewropej diġa għamlu dan il-pass meta addottaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà bħala prinċipju bażiku li jirregola r-relazzjonijiet kumplessi bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà hu l-iktar żviluppat fl-istati hekk imsejħa Ġermaniċi tal-Ewropa u ċjoè l-Ġermanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera, liema pajjiżi għandhom qafas ta’ Gvern Lokali u Reġjonali b’saħħtu u bħala riżultat ta’ dan ir-responsabbiltajiet u l-poteri huma mifruxa.

L-amministrazzjoni pubblika teħtieġ li tkun l-iktar viċin possibli taċ-ċittadin: min jamministra u jiddeċiedi għandu jkun l-iktar qrib possibli ta’ min hu effettwat mid-deċiżjonijiet. L-eċċezzjonijiet għandhom ikunu rari u altru milli ġustifikati. Jacques Delors, li kien President tal-Kummissjoni Ewropeja, hu ikkwota li qal li : is-sussidjarjetà ma tillimitax biss l-intervent ta’ l-ogħla awtorità f’dak li kull persuna jew komunità tista’ tiddeċiedi hi innifisha, imma hi ukoll dover ta’ din l-istess awtorità biex taġixxi b’mod li lil din il-persuna jew komunità tgħinhom biex iwettqu l-ħolm tagħhom.”

Dan jitfa dawl fuq żewġ aspetti tas-sussidjarjetà. L-ewwel li ħlief f’każijiet eċċezzjonali l-ogħla awtorità ma jindaħalx fejn ma jesgħahiex fil-ħidma ta’ awtoritajiet oħra taħtha. It-tieni : l-obbligu li tgħin biex tinkoraġixxi l-kisba tal-awtonomija.

Alternattiva Demokratika qed tipproponi li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jkun aċċettat bħala prinċipju kostituzzjonali li jagħti gwida lill-amministrazzjoni pubblika u dan bħala l-ewwel pass għat-twettieq ta’ proposta radikali oħra: id-diċentralizzazzjoni tal-ħidma operattiva tal-amministrazzjoni pubblika lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, bil-Gvern iżomm f’idejh il-funzjonijiet regolatorji. Dan jista’ faċilment jitwettaq fuq il-mudell ta’ Għawdex bid-differenza li jitmexxew minn politiku reġjonali flok minn politiku nazzjonali.

Id-dokument bil-proposti ppubblikat minn Alternattiva Demokratika jittratta diversi temi oħrajn bħalissa ċentrali fid-dibattitu dwar ir-riforma proposta tal-gvern lokali u reġjonali.

Is-servizz ta’ kull kunsillier lokali għandu jkun apprezzat, mhux biss is-servizz li jagħti s-Sindku! Il-proposta li l-uffiċċju tas-Sindku jkun wieħed full-time ma hemmx ħtieġa tagħha. Hemm diversi raġunijiet għal dan. Bħala riżultat ta’ din il-proposta dawk kollha li ma jistgħux jieqfu mill-impieg normali tagħhom ikunu esklużi milli joffru s-servizz tagħhom fil-kariga ta’ Sindku. Dan billi tali proposta teffettwa b’mod qawwi l-possibilità li huma jirrintegraw ruħhom fl-impieg meta jintemmilhom il-perjodu tal-ħatra tagħhom. Bla dubju jinħolqu ukoll kunflitti bla bżonn mas-Segretarju Eżekuttiv li l-liġi illum tikkunsidrah bħala l-uffiċjal amministrattiv ewlieni tal-kunsill lokali.

Flok ma tiffoka fuq is-Sindku r-riforma għandha tinkoraġixxi iktar il-ħidma kolleġjali fil-lokalitajiet tagħna b’mod li twassal għal sehem iktar attiv ta’ kull kunsillier fit-tmexxija tal-lokalitajiet. Il-proposta li qed jagħmel il-Gvern li kull kunsillier jingħata responsabbiltajiet hi tajba. Saret diġa minn Alternattiva Demokratika fil-konsultazzjoni pubblika dwar il-kunsilli lokali li saret fl-2008. Waħedha imma mhiex biżżejjed. Trid tkun segwita minn pass ieħor: li kull kunsillier jingħata onorarju raġjonevoli. Din m’għandiex tkun materja riżervata għas-Sindku.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu japplika ukoll biex materji ambjentali jkunu regolati minn dawk li l-iktar jeffettwawhom mill-viċin. Li jkunu nvoluti sewwa l-kunsilli lokali u reġjonali f’dawn id-deċiżjonijiet għandu jwassal għal deċiżjonijiet aħjar minn dawk li għandna illum. Imma dwar dan, darb’oħra.

Il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-gvern lokali u reġjonali issa ġiet fit-tmiem. Nistennew il-posizzjoni li ser jieħu l-Gvern dwar in-numru mhux żgħir ta’ proposti li saru. Nittama li jittieħdu bis-serjetà.

ippubblikat fuq Illum : 2 ta’ Diċembru 2018

Subsidiarity in the Constitution

 

On Friday, a delegation from Alternattiva Demokratika met Parliamentary Secretary for Local Government Silvio Parnis to discuss the White Paper published by the government concerning the reform of local government.

During the discussion, we handed Mr Silvio Parnis our response to the White Paper, a response that contains eight proposals – the central one focusing on the need to accept and implement the principle of subsidiarity. The principle of subsidiarity needs to be constitutionally entrenched in order to serve as a guiding light to the country’s public administration and, consequently, protect local and regional government.

The European treaties have already entrenched the principle of subsidiarity as a basic tenet, regulating the complex relationship between European institutions and EU member states.

The principle of subsidiarity, mostly developed in the so-called Germanic states in Europe- namely Germany, Austria and Switzerland – which states have a robust local and regional arrangement, as a result of which responsibilities and the corresponding authority is spread.

Public administration should be as close to the citizen as possible: those administering and making decisions should be as close as possible to those who feel the impact of such decisions. Departure from this basic rule should only occur for reasons of absolute necessity. Former President of the European Commission Jacques Delors is quoted as having stated that subsidiarity is not only a limit on the intervention of a higher authority in the affairs of a person or community that can act itself, it is also a duty of this authority to act in relation to that person or community in such a way as to give it the means to fulfil itself.

This brings to the fore two aspects of subsidiarity. Firstly, that of non-interference by the higher authority in the workings of the lower authority, except in exceptional cases and, secondly, the duty to help – that is help that encourages autonomy.

Alternattiva Demokratika is proposing that the principle of subsidiarity be accepted as a guiding constitutional principle for the public administration as a first step to implementing another radical proposal: the decentralisation of the operational functions of public administration to the regions and local authorities with government retaining the regulatory functions. This can be easily carried out on the Gozo model, although with a regional elected politician replacing the current national politician in charge.

The document published by Alternattiva Demokratika deals with various other matters currently being debated as part of the proposed local and regional government reform.

The service of all elected local councillors should be appreciated, not just that rendered by the Mayor! The proposal to transform the office of Mayor in our localities into a full-time role is uncalled for and a number of reasons come to mind. It would automatically exclude all those who cannot take a sabbatical from their employment as it would have a long-term negative effect on their ability to adequately reintegrate when their mayoral term of office comes to an end. It would also create unnecessary conflict with the Executive Secretary, currently defined by the Local Council legislation as the chief executive of Local Councils.

Instead of singling out the Mayor, the local council reform should encourage a more collegial leadership, with all councillors being more actively involved in the running of the localities. The proposal in the White Paper to codify the duty to assign responsibilities to each elected councillor – a proposal first made by Alternattiva Demokratika and highlighted during the public consultation of 2008 on local council reform, is a good first step. It has to be followed by ensuring that all councillors receive a reasonable honorarium: this should not be a reserved for the Mayor alone.

The principle of subsidiarity should also be applied to regulating environmental issues closer to base. Involving regional and local councils in these decisions could lead to much better decisions than those we currently face. But more about that next time.

The public consultation has now been concluded. We await the reaction of the government to the large number of proposals made. Hopefully, these proposals will be seriously considered.

published in The Malta Independent on Sunday – 2 December 2018