Ktibt lill-Ombudsman dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

 

Għadni kif, madwar siegħa ilu tajt ittra lill-Ombudsman biex jiftaħ investigazzjoni dwar il-mina bejn Malta u Għawdex.

Il-bieraħ il-Ministru Ian Borg ħabbar li fi żmien sitt xhur oħra ser joħroġ it-tender dwar il-mina taħt qiegħ il-baħar bejn Malta u Għawdex. Dan għamlu minkejja li l-istudju dwar l-impatti ambjentali (EIA) li dwaru s’issa ġiet konkluża biss il-konsultazzjoni pubblika dwar it-Terms of Reference għadu bil-kemm beda.

Apparti li dan hu l-ikbar diżrispett lejn l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi da parti tal-amministrazzjoni pubblika tal-pajjiż, din id-dikjarazzjoni tal-Onorevoli Ministru hi ukoll indikazzjoni ċara ta’ nuqqas ta’ governanza tajba u twassal il-messaġġ ċar li l-proċess ta’ studju tal-impatti ambjentali hu meqjus bħala wieħed irrelevanti u li qed isir għalxejn għax id-deċiżjonijiet lesti irrispettivament minn dak li jista’ jirriżulta mill-istudji.

Fil-dawl ta’ dan għan-nom ta’ Alternattiva Demokratika jiena dal-għodu tlabt lill-Ombudsman biex jinvestiga u jieħu dawk il-passi li jidhirlu meħtieġa.

Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. Kif nippretendu lin-nies jagħtu kaz u jsegwu il-liġi, jekk il-Ministru b’imġiebtu jiġi jaqa’ u jqum?

One comment on “Ktibt lill-Ombudsman dwar il-mina bejn Malta u Għawdex

  1. Nirringrazzjak f’isem min ghandu ghal qalbu l-konservazzjoni ambjentali, Carmel. Li ghamilt int ma jfissirx li int kontra l-progett imma li jridu jigu rispettati s-salvagwardji li wara kollox haseb ghalihom l-istess legizlatur. Biss ghandi d-dubbji jekk l-Ombudsman ghandux poteri ezekuttivi – forsi mandat ta’ inibizzjoni kien ikun aktar effettiv.
    .

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s