Għal uħud il-ġranet tal-Milied huma festa ta’ rigali u divertiment. Bonanza ta’ kummerċ.
Imma forsi hemm min hu konxju li l-Milied li nikkommemoraw ukoll bil-presepju hu ukoll okkazjoni ta’ reflessjoni dwar l-għar ta’ Betlehem: dwar kif u għaliex bnedmin iwarrbu u jistmerru lill-oħrajn.
Il-Milied hu ukoll il-festa tar-refuġjati u tal-immigranti madwarna maħrubin minn pajjiżhom għal elf raġuni: persekuzzjoni, faqar, tiftix ta’ ħajja aħjar.
Il-presepju hu xbieha ta’ familja li m’għandiex saqaf fuq rasha u sabitu fi stalla qalb l-annimali. L-istatwi fil-presepju huma riflessjoni ta’ din ir-realtà li għadha magħna u tibqa’ minkejja kull progress li niftaħru bih.
F’dawn il-ġranet tal-Milied aħna u nosservaw il-biżibilju presepji fil-gżejjer Maltin ikun tajjeb jekk nirriflettu ftit kif naħsbuha fuq ir-refuġjati u l-immigranti fostna.
Il-Milied it-tajjeb.
B R A V U !
—————-
Fi ftit kliem slitt il-vera tifsira tal-Milied………tifsira li llum giet korrotta u mnittna minn socjeta li m’ghadx baqghala qalb biex thobb, u mohh biex tahseb.
Sa minn mindu kont zghir, kont nixtieq nibni presepju, fl-ambjent tal-Palestina tal-llum, fejn Marija tkun b’ilbies Palestinjan, tistahba f’kantina flimkien mal-mahbub taghha Guzeppi, u waqt “raid” Izraeljan, twelled tarbija…..tarbija li tohlom u li ghad tahdem qatiegh biex iggib is-sliem fid-Dinja…….imma hadd qatt m’hu se jkun jaf jekk jirnexxiliex jew le.