L-aħbar mogħtja mit-Times tal-lum li l-Pulizja kważi solviet il-qtil ta’ Daphne għax identifikat il-mandanti tal-qtil mhux aħbar tajba. Għax liema hu dak il-korp tal-Pulizija serju li jikxef idejh fl-iktar mument delikat ta’ investgazzjoni diffiċli? Jissogra li dak li qed jiġri warajh jaħrablu.
Jiena dejjem fhimt li l-investigazzjoni ma kienitx waħda faċli, imma hu għalija ovvju li dawn it-tip ta’ “aħbarijiet” ikomplu jżidu d-diffikultajiet tal-pulizija.
Bla dubju hemm min irid dejjem iktar informazzjoni dwar fejn waslu l-pulizija, imma kultant is-skiet hu l-aħjar risposta, anke fl-interess tal-konklużjoni tal-investigazzjoni innifisha!
Naħseb li kull min hu ta’ ried tajba jixtieq li l-kaz jissolva llum qabel għada, imma l-aħbarijiet bis-sulluzzu m’huma ser isolvu xejn.
l-aktar haga li tinkwitani hi l-fatt li l-puluzija zgur mhux qed jaghmlu haga bhal din minn rajhom. Mela taht il-kappa ta’ informazzjoni lil It-Times, gurnal li ma tantx hu “mahbub” mill-puluzija, zgur li hemm skop iehor: jista’ jkun biex il-pulizija “tigbor” gieha; aktar probabbli biex taljena il-pubbliku mill-istorja ta’ 17 Black, l-aktar meta tisma l-insistenza li dawn il-mandanti mhumiex mid-dinja tal-politka. Nahseb ghalissa ta’ min isegwi il-qawl Ingliz: taking this matter with a pinch of salt. Bhall-insistenza ta’ Cardona li ma kiex fil-burdell izda meta kellu c-cans kollu li jipprova dan, baqa lura miskin.