Il-basla li daħal fiha David Casa

L-istorja dal-għodu fil-Malta Today dwar il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa u d-droga kokaina hi waħda gravi. Ma nafx jekk hiex minna jew le. Biż-żmien insiru nafu iktar dwar jekk hiex storja ivvintata inkella jekk hiex storja reali. Ovvjament, din l-istorja, barra milli hi ezerċizzju ta’ tpattija għal tkeċċija mix-xogħol hi storja immirata lejn il-kredibilitá ta’ David Casa u dan fir-rigward tal-posizzjoni iebsa li qed jieħu fil-Parlament Ewropew dwar diversi materji.

Jekk dak li qed jintqal hu minnu David Casa għandu bżonn l-għajnuna biex jindirizza d-dipendenza fuq id-droga. Jekk min-naħa l-oħra mhux minnu, l-problema xorta hi waħda kbira.

Qed jingħad li dak li kien assistant ta’ David Casa u oriġina din l-istorja tkeċċa mix-xogħol tiegħu (bħala assistant ta’ David Casa) għax kien qed ikun repetutament fis-sakra fuq ix-xogħol minħabba problemi kbar li kien qed jiffaċċa, fosthom kont ta’ mitt elf ewro ta’ arretrati ta’ taxxa fuq id-dħul. Anke dan għandu bżonn għajnuna kbira u mhux min jinqeda bih f’mumenti ta’ dgħjufija, irrispettivament minn jekk l-istorja hiex minna jew le! Dejjem sakemm ma sabx lil min ħallaslu jew ħafirlu l-kont tat-taxxa, kollu jew parti minnu!

Qed jissemmew diversi problemi inkluż li dan l-ex-assistent ta’ David Casa kien tkeċċa mis- segretarjat privat ta’ Austin Gatt fl-2002 meta l-Pulizja kien tellgħuh il-Qorti dwar negozju ta’ ċekkijiet f’munita barranija. Akkuża li, għandu jingħad, kien liberat minna.

Meta timpjega lil min ikun fid-dell ta’ dan it-taħwid f’postijiet sensittivi, x’tistenna? Mhux li xi darba jew oħra jdaħħluk f’xi basla?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s