Fil-Kalkara ħiereġ id-drenaġġ

 

Fil-Kalkara ukoll, illum għamlet ix-xita. Xita qawwija.

Bħal kullmeta tagħmel xita qawwija fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja għandna riħa ta’ drenaġġ.

Bosta tħallew jibnu u flok ma għamlu bir biex fih jinġabar l-ilma tax-xita, qed jitfgħu l-ilma tax-xita fid-drenaġġ.

Is-sistema tad-drenaġġ ma tiflaħx dan l-ilma kollu u allura it-tappieri tad-drenaġġ qed ifuru.

Fl-2018, meta hemm min jippretendi li hu l-aqwa fl-Ewropa dawn l-affarijiet m’għandhomx jiġru.

Min hu responsabbli?

L-ewwel u qabel kollox hu responsabbli kull min bena jew qiegħed jibni u mhux jaħseb għal bir. Imma miegħu huma responsabbli l-Awtoritá tal-Ippjanar u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

L-Awtoritá tal-Ippjanar tagħti l-go ahead li l-bini sar sewwa, skond il-pjanti minkejja li ma jkunx hemm bir. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħti l-permess biex il-bini l-ġdid jitqabbad mas-sistema tad-drenaġġ biex imbagħad din il-komunikazzjoni tintuza ħażin: biex fiha jintrema l-ilma tax-xita.

L-awtoritajiet qed jagħlqu għajnejhom u jħallu din il-ħsara li ilha isir snin tibqa’ tirrepeti ruħha.

Tal-mistħija.