Il-Jet li wassal lil Jacqueline Gili (Direttur fil-Ministeru tal-Finanzi) għal-laqgħa tal-Awtoritá tal-Ippjanar biex din tkun tista’ tattendi ħalli tivvota favur il-porkerija tad-dB f’Pembroke għandu jqabbadna l-biża’.
Mhux għax xi darba kelli dubju li uħud huma fil-but tal-ispekulaturi. Imma għax issa l-affarijiet qed isiru b’mod mill-iktar sfaċċjat.
B’dawk il-miljuni kollha li qed jissemmew, l-ispejjez għall-Jet huma karawett.
Hemm xi ħadd li għad baqagħlu dubju li dan hu Gvern tal-ispekulaturi ?