Ftit ħsibijiet wara l-istraġi ta’ Genova

Wara l-istraġi ta’ Genova bla dubju it-Taljani ser jippruvaw jitgħallmu l-lezzjonijiet li s’issa ma rnexxielhomx jitgħallmu, sforz amminstrazzjoni ġeneralment inkompetenti u korruzzjoni fl-għoti tal-kuntratti.

L-investigazzjoni dwar x’wassal għall-kollass tal-pont għadha fil-bidu. Il-pont ilu hemm iktar minn 50 sena u bla dubju kemm saret (jew kemm ma saritx) maintenance adegwata tul is-snin ser tkun materja fundamentali fl-investigazzjoni. Anke l-fatt li l-pont kien ilu daqstant snin, hu fattur, għax probabbilment messhom ilhom li ittieħdu passi biex il-pont jinbidel għax il-konkos tiegħu bla dubju għejja u per konsegwenza ddgħajjef wara dan is-snin kollu fl-użu.

F’dan il-kuntest ikun tajjeb li flok il-konkos ta’ Genova niftakru ftit fil-konkos ta’ Mater Dei. Dwar dan hemm mhux biss ir-rapport tal-awditur ġenerali, ppubblikat f’Mejju li għadda, imma ukoll ir-rapport tal-inkjesta immexxija mill-Imħallef irtirat Philip Sciberras.

Ikun tajjeb li niftakru li fir-rapport tal-Awditur Ġenerali kien ġie emfasizzat li kien hemm nuqqas ta’ dokumentazzjoni li hi tant essenzjali biex tingħata l-assigurazzjoni li proġett ta’ dan il-kobor sar sewwa.

Min-naħa l-oħra r-rapport tal-inkjesta immexxija minn Philip Sciberras kien identifika diversi nuqqasijiet li dwarhom irrakkomanda li jittieħdu passi.

Wara l-istraġi ta’ Genova għandna kull dritt nistaqsu: x’passi ittieħdu dwar ir-rapporti fuq il-konkos ta’ Mater Dei? Għax jekk ma jittieħdux il-passi neċessarji, dawn l-affarijiet ser jibqgħu jirrepetu ruħhom.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s