L-Independent u l-Malta Today, illum, ġiebu artikli dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin f’Miami dwar ħasil ta’ flus taż-żejt mill-Veneżwela.
Qed jissemmew diversi ċifri. Din storja li ilha għaddejja. Komplessivament tista’ tlaħħaq ċifra ta’ $1.2 biljun.
Qed jiġi allegat li €511 miljun minn din is-somma inħaslet Malta.
L-investigazzjoni ilha għaddejja. Id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti fi stqarrija datata 25 ta’Lulju 2018 intitolata : Two Members of Billion-Dollar Venezuelan Money Laundering Scheme Arrested tgħid li “Maltese law enforcement authorities provided assistance”.
L-unika ħaġa li nafu konnessa mal-Veneżwela hu li xi ġimgħat ilu kienet sospiża il-licenzja ta’ bank f’Malta wara li kienu nbdew proċeduri kriminali fl-Istati Uniti dwar allegazzjonijiet oħra imma li ukoll kienu jikkoncernaw il-Venezwela.
Hemm xi rabta? X’inhu jiġri? Naħseb li jixirqilna nkunu nafu.