Sirna nafu minn diversi stqarrijiet li r-rapport tal-inkjesta dwar Egrant (ta’ min hi?) issa lest u qiegħed għand l-Avukat Ġenerali.
Għamel tajjeb Joseph Muscat li insista li r-rapport ikun ippubblikat. Però dan għandu jgħodd għal kulħadd u għal kull inkjesta, mhux biss dawk li jinteressaw lil Muscat.
X’ikkonkluda l-Maġistrat ma nafx u m’għandi l-ebda intenzjoni li nispekula. Nippreferi li nistenna.
Dan il-każ twal wisq u għamel ħafna ħsara lill-pajjiż kollu. L-istess bħalma qiegħed jagħmel il-każ tal-bank Pilatus.
Xi darba forsi nitgħallmu li l-unika triq f’dawn il-każi hi trasparenza sħiħa mill-bidu nett. Dan flimkien ma riżenja ta’ min hu b’xi mod involut. Imma naħseb li ma nitgħallmu qatt.
Rizenja ghax xi ahdd jigi akkuzat ghalxejn? Mela jekk nakkuza MP gahx ma nahmlux ghandu jirrezenja? Iktar hi problema li l-kaz ha wisq fit-tul. Kaz bhal dan hgandu jiehu mill-inqas zmien possibbli, u jkun hemm Magistrat full time fuqu li jkun qed jahdem fuq dawn it-tip ta kazijiet biss.
Il-Magistrat fl-investigazzjoni tieghu ser jara jekk kienx hemm materji ta’ natura kriminali li dwarhom ghandhom jittiehdu passi. Il-Magistrat ma jidholx fuq materja ta’ imgieba xierqa jew mhux. Immaterjalment jekk inkisrux ligijiet (dwar dak forsi nkunu nafu meta jkun ippubblikat ir-rapport) sehhew diversi avvenimenti li dwarhom l-imgieba ta’ diversi kienet inaccettabbli Huwa dwar dan li messu kien hemm diversi rizenji, zmien twil ilu.