Egrant ta’ min hi?

Sirna nafu minn diversi stqarrijiet li r-rapport tal-inkjesta dwar Egrant (ta’ min hi?) issa lest u qiegħed għand l-Avukat Ġenerali.

Għamel tajjeb Joseph Muscat li insista li r-rapport ikun ippubblikat. Però dan għandu jgħodd għal kulħadd u għal kull inkjesta, mhux biss dawk li jinteressaw lil Muscat.

X’ikkonkluda l-Maġistrat ma nafx u m’għandi l-ebda intenzjoni li nispekula. Nippreferi li nistenna.

Dan il-każ twal wisq u għamel ħafna ħsara lill-pajjiż kollu. L-istess bħalma qiegħed jagħmel il-każ tal-bank Pilatus.

Xi darba forsi nitgħallmu li l-unika triq f’dawn il-każi hi trasparenza sħiħa mill-bidu nett. Dan flimkien ma riżenja ta’ min hu b’xi mod involut. Imma naħseb li ma nitgħallmu qatt.