Il-bully ta’ ħdejna

 

Michael Farrugia, il-Ministru tal-Intern ta’ Malta, għamel tajjeb meta qal li Matteo Salvini m’għandux jibqa’ jilgħaba tal-bully. Salvini, faxxist mil-Lega u Ministru għall-Intern Taljan, qiegħed kontinwament jipprova jikkundizzjona lil Malta dwar kif naġixxu f’din il-kriżi dwar l-immigranti.

Joseph Muscat kien korrett meta emfasizza li l-Gvern għandu quddiemu żewġ għanijiet: li jindirizza l-kriżi umanitarja u li jħares is-sigurtá nazzjonali.

Kien pass il-quddiem, għaldaqstant, meta numru ta’ Gvernijiet Ewropej għażlu li jerfgħu biċċa mill-piż li daħlet għalih Malta meta aċċettat li l-MV Lifeline jidħol il-Port il-Kbir: 237 persuna umana. Avolja tħallew bejn sema u ilma għal ġranet sħaħ ma naħsibx li kien hemm mod ieħor kif numru ta’ gvernijiet ikunu sensibilizzati biex jerfgħu l-piż.

Għalhekk kien pass lura meta l-Gvern ordna li jittieħdu passi kriminali kontra l-kaptan tal-vapur MV Lifeline dwar ir-reġistrazzjoni tal-vapur. F’mumenti ta’ kriżi ma toqgħodx tfettaq imma tfittex li ssalva l-ħajjiet kollha possibli malajr kemm jista’ jkun u tirringrazzja lil min kien strumentali biex dan seħħ.

L-egħluq tal-portijiet Maltin hi kundanna tal-mewt għal dawk kollha bejn sema u ilma. Għax il-gwardja tal-kosta Libjana m’għandha l-ebda interess li issalva l-ħajjiet. Fil-fatt, hekk kif ingħalqu l-portijiet beda jiżdied in-numru ta’ dawk li għerqu bil-gwardja tal-kosta Libjana ċassa.

Lill-bully ta’ ħdejna qed ngħidulu li mhux biss ma nibżgħux minnu imma li kapaċi nkunu agħar minnu ukoll.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s