Il-kaz tal immigranti fuq l-Aquarius

Għamel tajjeb il-Gvern Malti li iddikjara li ser jimxi mar-regoli. Mhux dejjem kien hekk, imma tajjeb li l-Gvern tgħallem.

Is-saga tal-bastiment Aquarius li Matteo Salvini, Ministru tal-Intern Taljan irrifjuta li jħalli jidħol fil-portijiet Taljani jidher li ser jikber. L-Aquarius qed iġorr 629 immigrant li inġabru minn biċċiet tal-baħar f’diffikulta tul il-Kosta tal-Libja. Inġabru mill-Guardia Costiera Taljana jew minn vapuri merkantili f’żona li fiha Malta żgur li m’għandiex responsabbiltá.

Dan hu it-tieni każ f’din l-ewwel ġimgħa tal-Gvern il-ġdid populista Taljan magħmul mil-Lega u Moviment Cinque Stelle.

Kien mistenni li dan ser jiġri u kien għalhekk li iktar kmieni din il-ġimgħa Alternattiva Demokratika, fi stqarrija, għidna li Malta għanda bżonn allejati ġodda fl-Unjoni Ewropeja. Għax il-Gvernijiet Ewropej li ma jħarsux b’lenti tajba lejn is-solidarjetá qed jiżdiedu.

Fl-ewwel ta’ Lulju it-tmexxija tal-Unjoni Ewropeja tgħaddi f’idejn l-Awstrija, pajjiż ieħor fejn il-populiżmu jirrenja. Ma tantx jidhru possibli deċiżjonijiet favur is-solidarjetá fix-xhur li ġejjin.

Kien għalhekk importanti li l-Prim Ministru dal-għodu afferma l-posizzjoni tal-Gvern favur l-osservanza tal-obbligi internazzjonali u li l-posizzjoni li ħa u jibqa’ jieħu l-Gvern Malti hi waħda li tagħti prijoritá li jkunu salvati ħajjiet in-nies.

Dan hu tajjeb u jgħin biex ikun imrazzan it-trewwieħ favur ir-razziżmu. Hu neċessarju li Malta tibqa’ taħdem favur miżuri ta’ solidarjetá tant meħtieġa fl-Unjoni Ewropea.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s