Il-proġett Daphne: istituzzjonijiet dgħajfa

Is-sitwazzjoni hi waħda gravi.

Il-qtil ta’ ġurnalista minnu innifsu hu tebgħa fuq il-pajjiż kollu.

Il-ħasil tal-flus, probabbilment ġejjin mill-korruzzjoni ta’ kobor li qatt ma rajna bħala, dejjem iktar jidher bħala l-possibli motiv f’dan kollu.

Il-kollass tal-istituzzjonijiet jgħaqqad kollox.

Il-ġurnalisti barranin investigaw huma ukoll. Għamlu ir-riflessjonijiet tagħhom fuq dak li semgħu, fuq dak li raw u fuq it-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet tagħhom.

Għaliex, qed jistaqsu, ma ġie investigat l-ebda politiku Malti? Għaliex dawk li kitbet fuqhom DCG, l-ebda wieħed minnhom ma kien tal-inqas mistieden jieħu kafè mal-Kummissarju biex jgħin ftit lill-Pulizija fl-investigazzjoni tagħhom?

Qed jingħad li dawk li eventwalment ġew akkużati bil-qtil kienu avżati li l-Pulizija kienu ser jagħmlu raid fit-tinda tal-patata. Min qalilhom?

Dawn huma kollha affarijiet li jixħtu dellijiet kbar fuq il-proċess tal-ġustizzja fil-pajjiż.

L-istituzzjonijiet huma dgħajfa ħafna u m’għandna l-ebda kenn fihom.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s