Għamlu tajjeb il-Moviment Graffiti u l-Kamp Emergenza Ambjent li ipprotestaw waqt laqgħa tal-Bord tal-istess Awtoritá u wasslu biex il-laqgħa li kienet qed tikkonsidra l-ħruġ ta’ permess għall-pompa oħra tal-petrol titħassar.
Il-permessi għall-pompi tal-petrol ħerġin bħall-pastizzi. Ma għandiex bżonn pompi tal-petrol ġodda. Li għandna bżonn u li jibdew jagħlqu dawk li hawn mhux li jiftħu l-ġodda.
Xi xhur ilu l-Prim Ministru kien iddikjara li l-Gvern jaqbel li jispiċċaw mit-toroq Maltin karozzi li jaħdmu bil-petrol u bid-diesel u li fil-futur il-karozzi kollha jkunu jaħdmu preferibilment bl-elettriku.
Alternattiva Demokratika taqbel ma dan tant li dan kien ġie propost fil-Manifest Elettorali ta’ AD fl-aħħar elezzjoni ġenerali : l-unika partit politiku li ħa din il-posizzjoni ċara qabel l-elezzjoni.
Il-politika li biha l-permessi għall-pompi tal-petrol ħerġin bħall-pastizzi hi għodda għall-ispekulazzjoni tal-art u l-Awtoritá tal-Ippjanar flimkien mal-Gvern u l-Opposizzjoni huma kompliċi f’din l-ispekulazzjoni.
Għalhekk l-Awtoritá tal-Ippjanar mhiex serja, qed tagħmel il-ħsara lill-ġenerazzjonijiet futuri. Ghandna Awtoritá tal-Ippjanar li hi ABZ mill-ambjent.
Sa fejn naf jien l-aħħar laqgħa tal-Kumitat tal-Parlament kien ġie deċiż li l-Minstru tal-Ambjent kellu jħejja linji gwidi ġodda fuq il-permessi tal-petrol stations. Ngħid jien allura il-Planning Authority qegħdin jgħaġġlu biex joħorġu l-permessi qabel jgħaddu dawn il-linji gwida. Jista’ l-Ministru Herrera jgħidilna f’hiex waslu dawn il-linja ġwida, jew hemm xi ħaġa li qed iżommhom. Jekk hu hekk imisshom jistħu l-membri tal-Board tal-PA. Naħseb li wasal iż-żmiebn li kull deċiżjoni li tittieħed mill-Board għandhom jitniżżlu l-ismijiet tal-membri u kif dawn ivvotaw kull wieħed. Dawn suppost qegħdin hemm u mħallsin biex jaqdu l-poplu u mhux biex jiġu jaqaw u jqumu u qatt ma jieħu nkonsiderazzjoni l-impatti negattivi li l-permessi tqagħhom qed ikollhom fuq is-soċjetà Maltija u l-biodiversità Maltija. Nixtieq nistaqsi fejn huma r-responsabbiltà tal-membri lejn il-Poplu li qed iħallashom. U għaliex qatt ma jieħdu nkonsiderazzjoni xi jrid il-popliu u rari jkunu favur tiegħu..