Min hu bħal Pilatu?

Li Pilatu jkun fl-aħbarijiet lejliet kull Ġimgħa l-Kbira hu normali.

L-akkużi gravi fi New York kontra ċ-Chairman tal-Bank Pilatus Ali Sadr Hasheminejad kienu ilhom ikunu investigati sa mill-2013. Id-delitti finanzjarji fl-Istati Uniti tal-Amerika jidher li jeħduhom bis-serjetá. It-tmexmix tal-fenek probabbilment jitħalla għal wara s-sentenza.

Waqt li fl-Istati Uniti kien qed ikun investigat iċ-Chairman tal-Bank Pilatus f’Malta l-MFSA kienet qed tagħmel due diligence dwar l-istess bank. Mid-dehra l-MFSA kienet sodisfatta b’dak li rriżultala tant li fl-2014 ħarġet il-liċenzja tal-Bank.

Ilna nistaqsu dwar kif dan il-Bank ħa l-liċenzja. Għax hu diffiċli biex tifhem kif inhu possibli li fl-Istati Uniti l-Bank ikun taħt il-lenti u qed jiġi investigat u f’pajjiż ieħor fl-istess ħin jinfetħulu l-bibien beraħ u jingħata l-liċenzja.

L-MFSA għandha ħafna x’tispjega.

Hu meħtieġ li l-MFSA stess tkun investigata biex ikun stabilit x’irriżulta waqt il-proċess tad-due diligence u jekk kienx hemm min għalaq għajnejh. Fi ftit kliem: d-due diligence sar bis-serjetá jew le?

L-istejjer li ilna nisimgħu dwar il-Bank Pilatus matul dawn l-aħħar xhur misshom ilhom li wasslu għal azzjoni drastika. Meta illum l-MFSA damet ġurnata sħiħa tiddelibera dwar x’ser tagħmel kont nistenna li tkun sospiża l-liċenzja tal-Bank inkella li l-MFSA taħtar amministrazzjoni temporanja u indipendenti għall-bank biex ikunu assigurat li jekk hemm xi provi li jistgħu jixħtu d-dawl fuq dak li għaddej, dawn ikunu ppreservati.

Għax ngħiduha kif inhi, li bank ikollu lill-Gvern tal-Azerbajan bħala klijent ewlieni tiegħu kellha tiftah għajnejn kulħadd li hemm xi ħaġa mhux f’postha. Għax il-Gvern tal-Azerbajan hu magħruf bħala wieħed mill-iktar Gvernijiet korrotti fid-dinja.

Kif ngħidu, ma min rajtek, xebbaħtek.

Xi ħadd qed jaħsel idejh bħal Pilatu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s