Pensjoni għall-allat u oħra għall-bqija

 

Darba waħda, Evarist Bartolo kien qalilna li r-Rumani kienu jgħidu li hemm liġi għall-allat u oħra għall-annimali.

Ma kienx hemm għalfejn immorru lura sar Rumani biex insiru nafu dan, għax il-ġrajja ta’ dawn l-aħħar ġranet dwar il-pensjonijiet tpinġi b’mod ċar li anke lil hinn mir-Repubblika ta’ Ruma, ftit l-isfel, fir-Repubblika ta’ Malta għandna pensjonijiet għall-allat, pensjonijiet bla limitu, kif ukoll pensjonijiet għall-annimali, għall-bqija.

L-istorja tas-Sunday Times tal-bieraħ hi gravi, imma fiha żball.

L-ewwel nikkoreġi l-iżball.

Philip Sciberras kien Membru Parlamentari f’żewġ leġislaturi. Tela’ l-ewwel darba f’byelection fl-1979 meta kien irreżenja l-Ministru Ġuże Abela, dakinnhar Ministru tal-Finanzi. Reġa’ tela’ fl-elezzjoni ta’ Diċembru 1981. Total li jaqbez il-minimu ta 65 xahar servizz.

Alternattiva Demokratika hi preokkupata bl-allegazzjoni gravi ħafna li qed tagħmel is-Sunday Times dwar indħil lit-Teżor fl-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-pensjoni parlamentari ta’ Philip Sciberras. Jekk dan hu minnu, dan ikompli jżid l-isfiduċja enormi li bħalissa hawn f’dawk li jeżerċitaw il-poter politiku. Min-naħa l-oħra jekk din l-allegazzjoni hi biss qlajja huwa meħtieġ li jkunu ċċarati l-fatti malajr kemm jista’ jkun. Għax mhux sew li jintefa’ l-ħmieġ lejn ħadd.

Qegħdin fl-istat li kull ċaħda li tista’ issir mill-Gvern, ħadd ma hu ser jemmina u dan bħala riżultat tal-iskandli wieħed wara l-ieħor li qed ifaqqsu madwarna u qiesu ma ġara xejn.

F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Awditur Ġenerali biss għandu l-kredibilitá u l-awtoritá morali li jitkellem. Għall-kelma tiegħu f’każ bħal dan inbaxxi rasi. Bħalma bla dubju jagħmlu bosta oħrajn.

Għalhekk għada fil-għodu f’isem Alternattiva Demokratika ser nitlob lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga bir-reqqa ċ-ċirkustanzi li fihom ġiet approvata l-pensjoni ta’ Philip Sciberras. Mhux biss jekk kienx intitolat għaliha, imma fuq kollox jekk saritx pressjoni fuq it-Teżor biex din il-pensjoni tingħata.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s